DOTTOR ANDRÈ CAMILLERI MA JAĊĊETTAX IN-NOMINA TA’ MĦALLEF
PR1572
07/11/2002
Il-Gvern jinnota b’dispjaċir illi Dottor Andrè J Camilleri LLD Dip Econ & Ind Law (Milan) illum informa lill-Eċċellenza Tiegħu Prof Guido de Marco KUOM BA LLD President ta’ Malta, illi minħabba dak li huwa sejjaħ bħala parir mgħaġġel u żbaljat tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja huwa ma jistax jaċċetta n-nomina ta’ Mħallef.
Fil-parir tagħha lill-Prim Ministru, mibgħut fis-7 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja esprimiet dubju dwar jekk Dottor Andrè Camilleri għandux il-kwalifika ta’ avukat kif preskritta fl-artikolu 96 (2) tal-Kostituzzjoni.
Il-Gvern qiegħed jippubblika d-dokumentazzjoni relatata ma’ dan il-każ:
- ittra tal-Prim Ministru bid-data tas-26 ta’ Settembru 2002 lill-President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (letter 1);
- ir-risposta tal-President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bid-data tas-7 ta’ Ottubru 2002 (letter 2 : page 1, page 2);
- ittra tal-Prim Ministru lill-President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bl-istess data (letter 3);;
- kopja ta’ Curriculum Vitae mibgħuta minn Dr Andrè Camilleri lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (letter 4 : page 1, page 2, page 3, page 4, page 5);
- ittra ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tat-30 ta’ Settembru 2002 lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali dwar l-interessi kummerċjali li Dottor Camilleri jew il-mara tiegħu setgħu jkollhom (letter 5);
- dikjarazzjoni ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tat-8 ta’ Ottubru 2002 (letter 6);
- ittra ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tat-23 ta’ Ottubru 2002 lill-President ta’ Malta
(letter 7 : page 1, page 2); - ittra ta’ l-Aġent Prim Ministru bid-data tal-4 ta’ Novembru 2002 lill-President ta’ Malta
(letter 8); - risposta tal-President ta’ Malta bid-data tal-5 ta’ Novembru 2002 lill-Aġent Prim Ministru
(letter 9); - ittra ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tas-7 ta’ Novembru 2002 lill-President ta’ Malta
(letter 10 :page1, page 2).
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928