Left arrow Go Back

DOTTOR ANDRÈ CAMILLERI MA JAĊĊETTAX IN-NOMINA TA’ MĦALLEF

PR1572
Date Icon 07/11/2002

Il-Gvern jinnota b’dispjaċir illi Dottor Andrè J Camilleri LLD Dip Econ & Ind Law (Milan) illum informa lill-Eċċellenza Tiegħu Prof Guido de Marco KUOM BA LLD President ta’ Malta, illi minħabba dak li huwa sejjaħ bħala parir mgħaġġel u żbaljat tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja huwa ma jistax jaċċetta n-nomina ta’ Mħallef.

Fil-parir tagħha lill-Prim Ministru, mibgħut fis-7 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja esprimiet dubju dwar jekk Dottor Andrè Camilleri għandux il-kwalifika ta’ avukat kif preskritta fl-artikolu 96 (2) tal-Kostituzzjoni.

Il-Gvern qiegħed jippubblika d-dokumentazzjoni relatata ma’ dan il-każ:

  1. ittra tal-Prim Ministru bid-data tas-26 ta’ Settembru 2002 lill-President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (letter 1);
  2. ir-risposta tal-President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bid-data tas-7 ta’ Ottubru 2002 (letter 2 : page 1, page 2);
  3. ittra tal-Prim Ministru lill-President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bl-istess data (letter 3);;
  4. kopja ta’ Curriculum Vitae mibgħuta minn Dr Andrè Camilleri lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (letter 4 : page 1, page 2, page 3, page 4, page 5);
  5. ittra ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tat-30 ta’ Settembru 2002 lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali dwar l-interessi kummerċjali li Dottor Camilleri jew il-mara tiegħu setgħu jkollhom (letter 5);
  6. dikjarazzjoni ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tat-8 ta’ Ottubru 2002 (letter 6);
  7. ittra ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tat-23 ta’ Ottubru 2002 lill-President ta’ Malta
    (letter 7 : page 1, page 2);
  8. ittra ta’ l-Aġent Prim Ministru bid-data tal-4 ta’ Novembru 2002 lill-President ta’ Malta
    (letter 8);
  9. risposta tal-President ta’ Malta bid-data tal-5 ta’ Novembru 2002 lill-Aġent Prim Ministru
    (letter 9);
  10. ittra ta’ Dottor Andrè Camilleri bid-data tas-7 ta’ Novembru 2002 lill-President ta’ Malta
    (letter 10 :page1, page 2).
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow