Diskors tal-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Dr Tonio Borg, waqt il-ftuh tal-Weddings Fair fin-Naxxar
Minn meta l-Korporazzjoni tal-Fieri ddecidiet li torganizza fieri specjalizzati, il-Fiera tat-Tieg kienet dejjem minn ta’ quddiem fil-popolarità. Din hija s-seba’ edizzjoni u l-popolarità taghha hija konfermata mill-fatt li din is-sena rnexxielha tattira mhux anqas minn 140 esibitur.
Ghal bosta Maltin it-tieg huwa l-akbar avveniment ta’ hajjithom, u biex wiehed jorganizza tieg tajjeb, irid jippjana u jipprepara kollox sa lanqas dettall. Ghal min qed jahseb ghaz-zwieg, din il-fiera hija avveniment li m’ghandux jintilef ghax hija bhal vetrina kbira ta’ kull haga konnessa ma’ din id-data memorabbli.
Ir-registru taz-zwigijiet jaqa’ taht id-dekasteru tal-Ministeru tieghi. Dan ir-registru bhalissa ghaddej bit-thehhijiet biex iniedi Quality Service Charter biex ikun f’pozizzjoni li joffri servizz dejjem ahjar lill-klijenti tieghu.
Min kwestjonarju li ghadu kemm sar mic-Charter Support Unit, hareg li l-maggornaza tal-klijenti huma kuntenti hafna bis-servizzi li joffri dan id-Dipartiment.
Ir-rapport juri li 93 fil-mija ta’ dawk li hadu sehem fil-kwestjonarju qalu li kienu sodisfatti bis-servizz li nghataw filwaqt li kien hemm ukoll rispons tajjeb dwar l-istaff tad-Dipartiment, fejn 81 fil-mija qalu li l-istaff jaf jaghmel xoghlu sewwa, u li jaqdik b’mod efficjenti.
Il-kwestjonarju li sar aktar kmieni din is-sena, kien impotanti ghall-fatt li l-livell u l-kwalità tas-servizz li d-Dipartiment se jkun marbut li joffri se jkunu bbazati fuq il-htigijiet u l-aspettattivi tal-klijenti stess.
Is-success li nkiseb minn dan id-Dipartiment, kif rifless fil-kwestjonarju, huwa notevoli aktar meta wiehed jikkonsidra l-volum ta' xoghol li ghandu. L-istatistika li ghandna ghal din is-sena turi li sa Ottubru f’Malta kellna 1842 zwigijiet li minnhom 471 kienu zwigijiet civili. Is-sena li ghaddiet, b’kollox kien hemm 2063 zwigijiet li minnhom 449 kienu civili.
Biex naghlaq nixtieq nghid prosit lill-Korporazzjoni ghall-organizzazzjoni ta’ din il-fiera u nixtieq lill-esibituri kull success.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928