L-Ghaqda Socjali Impjegati SVPR TIFFIRMA FTEHIM DWAR INSURANCE
Illum il-Hamis 7 ta' Novembru, fir-Residenza San Vincenz de Paul gie iffirmat ftehim bejn l-ghaqda GHASI - Ghaqda Socjali Impjegati SVPR u l-HSBC Life Assurance (Malta) Limited.
GHASI - hija ghaqda li tiffunzjona b'mod awtonomu, m'hijiex Trade Union, ‘non-profit’ u hija miftuha ghall-impjegati kollha u ex-impjegati ta' SVPR, ghal hlas ta' Lm 12 fis-sena. Din l-ghaqda diga’ tinkorpora fiha aktar minn 560 membru. Hemm il-hsieb li s-sena d-diehla tibda s-sezzjoni tal-pensjonanti.
Inhatar kumitat provisorju sabiex ikun jista' jibda dawn l-attivitajiet. Il-kumitat huwa iffurmat minn:-
Dr. Joseph Dimech - Chairperson
Ms Catherine Farrugia - Segretarja
Sur Lino Mizzi - Tezorier
Sur. Nenu Aquilina - P.R.O.
Sur Vincent Busuttil - membru
Ms Mary Gambin - MUMN
Sur Godfrey Farrugia - GWU
Sur Raymond Chircop - UHM
It-tmexxija tal-ghaqda ser tkun f'idejn Kumitat ta' 11-il membru fejn tlieta minnhom huma rapprezentanti tal-Unions tal-Haddiema, membru rapprezentant tal-pensjonanti li kienu jahdmu f’San Vincenz, filwaqt li 7 membri ohra jitilghu permezz ta' elezzjoni minn fost l-imsiehba. Kull kumitat iservi ghal tlett snin.
Illum gie ffirmat kuntratt bejn l-GHASI u l-Bank HSBC Life Assurance (Malta) Ltd. li permezz ta' dan il-ftehim, matul is-sena 2003, l-impjegati imsiehba fl-GHASI se jkunu koperti finanzjarjament f'kaz ta' mewt fi Group Life Insurance Policy. Dawn fil-fatt sejrin ikunu assigurati ghal Lm2,000 f'kaz ta' mewt minn kawza naturali, u Lm 4,000 f'kaz ta' mewt accidentali.
Ghall-HSBC iffirma s-sur Ray Schembri, Manager HSBC Life Assurance, u ghall-GHASI iffirmaw Dr Joseph Dimech, Ms Catherine Farrugia u sur Lino Mizzi. Kienu prezenti wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici u Mr. Tim Fitzpatrick, li huwa c-Chief Operating Officer HSBC. Dan il-ftehim irid jigi approvat u ratifikat fl-ewwel laqgha generali li l-GHASI ser taghmel nhar it-tlieta 12 ta' Novembru 2002.
Dr. Joseph Dimech, chairperson ta' GHASI, f'isem l-impjegati kollha ta' San Vincenz irringrazzja lil HSBC tal-ghajnuna u s-sapport kontinwu, kif ukoll is-serjeta' u l-professjonalita' taghhom f'dan il-qasam tal-assigurazzjoni.
Is-sur Ray Schembri qal illi b'dan il-ftehim l-impjegati ta' SVPR imsiehba f'din l-ghaqda, fil-futur ser igawdu minn assigurazzjoni finanzjarja. Huwa qal li dan hu l-ewwel ftehim ta' dan it-tip u ghandu jservi ta ezempju ghal impjegati ohra tal-Gvern biex jassiguraw ruhhom f'pensjonijiet privati.
Dr. Antoine Mifsud Bonnici filwaqt li radd hajr lil HSBC tal-koperazzjoni u l-ghajnuna li dejjem taw lill-impjegati ta' SVPR, huwa heggeg lill-istess impjegati sabiex jiehdu din l-opportunita' u jkunu membri tal-GHASI, ghax din zgur ser tkun ta' beneficcju ghalihom u ghall-familji taghhom. Dr Mifsud Bonnici qal ukoll li ftehim bhal dan ghandu jkun ta' ezempju ghal haddiema f'Dipartimenti ohra tal-Gvern sabiex jinghaqdu f'kumitati ta' din ix-xorta u jgawdu huma wkoll minn insurances bhall dawn offruti mill-HSBC.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928