HTIEĠA LI NIKKORDINAW L-ISFORZI TAGĦNA FL-INIZJATTIVI LI NIEĦDU FIL-QASAM TA’ L-INFORMATIKA
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, u l-Ministru tal-Edukazzjoni Louis Galea, illum attendew għal dimostrazzjoni ta’ proġett msemmi ‘Awrora’. Dan il-proġett jinkludi tipa bil-Malti kif ukoll spellchecker bil-lingwa Maltija u huwa x-xogħol ta’ Karistu Abela.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, filwaqt li tenna l-interess tiegħu lejn din l-inizjattiva, mill-aspett edukattiv u l-aspett kulturali, fisser dan il-proġett bħala wieħed mid-diversi inizjattivi li qed jittieħdu mis-settur privat f’dan il-qasam.
Dr. Galea tenna l-importanza li wieħed irid jaħdem biex din is-sistema tkun applikabbli fuq is-sistemi kollha ta’ l-informatika.
Minn naħa tiegħu Dr. Austin Gatt, enfasiżża fuq l-importanza li ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ xogħol f’dak li jkun qed isir f’dan il-qasam. Il-Ministru Gatt tkellem ukoll fuq id-diversi inizjattivi li l-Gvern qed jieħu biex isaħħaħ il-preżenza tal-lingwa Maltija fid-dinja ta’ l-Internet.
Huwa semma l-programm tal-Kummissjoni Ewropea li qed tipparteċipa Malta fih, dak tal-eContent. Dan il-programm li huwa intenzjonat li jżid il-preżenza ta’ kontenut ta’ l-informatika.
Il-Ministru Gatt irrefera wkoll għall-inizjattiva biex flimkien ma’ Microsoft, l-Windows Xp jiġi żviluppat bil-Malti.
Huwa temm id-diskors tiegħu billi faħħar l-inizjattiva tas-Sur Karistu Abela filwaqt li enfasiżża biex dak li nagħmlu jkun kordinat u skond l-istandards kif determinati mill-awtoritajiet kompetenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928