Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

PR1559
Date Icon 06/11/2002

Il-Kummissjoni Elettorali nnutat li:

Tul l-ahhar sena dehru artikli fil-gazzetti u saru rapporti u programmi fuq ir-radju u t-television li kien fihom informazzjoni falza jew nofs veritajiet. Jidher li l-iskop taghhom huwa li jhawdu l-imhuh u jqajmu dubbji dwar il-korrettezza tar-Registru Elettorali.

Hija politika tal-Kummissjoni Elettorali li ma tidholx f’polemiki li jitqajmu fil-Media u specjalment dwar kwistjonijiet li jkunu trattati permezz ta’ korrispondenza bejnha u bejn organizzazzjonijiet jew individwi.

Il-Kummissjoni, waqt li tapprezza kull kritika kostruttiva u suggerimenti fil-Media li jistghu jghinuha biex twettaq ahjar id-dmirijiet kostituzzjonali taghha, tiddeplora kitba u rapporti li ma jirrispettawx il-verita’ jew jghawgu l-fatti.

Il-Kummissjoni jidhrilha li hu xieraq u f’waqtu li ticcara xi fatti ghall-informazzjoni tal-pubbliku.

Fl-Ufficcju Elettorali hemm database tar-registru elettorali u database iehor tal-Karta ta’ l-Identita’. Dawn huma differenti u separati u, fl-elezzjonijiet, id-dokument ghall-vot u d-dokumenti l-ohra jigu stampati biss mid-database tar-registru elettorali.

Matul is-snin, il-Kummissjoni hadet diversi passi u inizjattivi bil-mezzi ghad-dispozizzjoni taghha, biex ir-registru elettorali jkun korrett kemm hu umanament possibbli, u biex fih jidhru biss l-ismijiet tal-persuni li ghandhom il-kwalifiki ghal vot.

Il-Kummissjoni Elettorali obbligata li taghmel dan bil-mezzi normali ghad-disposizzjoni taghha. Il-ligi elettorali tirrikonoxxi li, peress illi c-cirkostanzi tal-persuni jinbidlu kontinwament (mewt, safar, bdil ta’ indirizz minhabba zwieg jew ragunijiet ohra, ecc), jista’ jkun hemm zbalji fir-registru u ghal dan il-ghan hemm provdut li fi zmien 21 gurnata mill-pubblikazzjoni tar-registru, persuna tista’ taghmel rikors u titlob li ssir korrezzjoni, kemm dwarha kif ukoll dwar persuni ohra.

Il-Kummissjoni la ghandha poter biex hi stess taghmel rikorsi u l-anqas ghandha kontroll fuq il-partiti jew individwi dwar ir-rikorsi li jaghmlu huma.

Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar ukoll li fl-ahhar tas-sena 2001, bdiet ezercizzju ghat-tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ u wiehed mill-ghanijiet ta’ dan l-ezercizzju hu biex il-Kummissjoni jkollha informazzjoni korretta u kompleta, u fl-istess hin taggorna r-registru elettorali fejn ikun mehtieg.

Ghal dan l-ezercizzju ntbaghtet mailshot fejn fuqha giet stampata l-informazzjoni li tidher kemm fid-database tal-Karta ta’ l-Identita’, kif ukoll dik li tidher fir-records tar-Registru Pubbliku u l-pubbliku ntalab jikkonferma jew jikkoregi l-informazzjoni.

Il-mailshot intbaghtet lil kull persuna li fid-database tal-Karta ta’ l-Identita’ tidher li ghadha hajja. F’din id-database tal-Karta ta’ l-Identita’, hemm ir-rekord tal-persuni kollha li gew imdahhla matul is-snin, sa mill-1983 ’l hawn; u fiha jista’ hemm rekords ta’ xi persuni li, ghalkemm mejta, m’humiex indikati hekk, jew li l-informazzjoni dwarhom mhix kompleta u korretta. Ghal din ir-raguni l-mailshot setghet giet mibghuta anke lil xi whud minn dawn il-persuni.

Il-Kummissjoni Elettorali tiehu din l-okkazjoni biex tigbed l-attenzjoni tal-pubbliku ghall-Press Release mahruga minnha fit-30 ta’ Ottubru, 2002, dwar ir-registru elettorali rivedut u ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ l-istess xahar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow