Left arrow Go Back

Reġistrazzjoni ta’ art agrikola f’Għawdex

PR1555
Date Icon 05/11/2002

Il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u Sajd, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, qed iwettaq ezercizzju biex l-art kollha agrikola f’Għawdex (ta’ kull daqs) tkun registrata.  Għal dan il-għan, kull persuna li  qed taħdem xi art agrikola f’Għawdex (jew Malta), hija  mitlub li  tirregistra din l-art mad-Dipartiment.  Dan is-serviz ser jinghata bla ħlas. 

Ufficcjali tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ser ikunu fl-Iskola Primarja ta’ l-Gharb, Triq il-Vizitazzjoni, Gharb  mit-Tnejn 11 ta’ Novembru,  sal-Hadd, 24 ta’ Novembru 2002, fil-hinijiet imnizzla hawn taht: 

Mit-Tnejn sal-Gimgha                        Mill-4.00 sas-7.30 ta’ filghaxija

Is-Sibt                        Mit-8.00 ta’ filghodu sal-4.00 ta’ wara nofsinhar

Il-Hadd                                               Mit-8.00 ta’ filghodu sa nofsinhar

Kull min imur jirregistra l-art ghandhu jiehu mieghu l-Karta ta’ l-Identita’.  Jekk ikollhom il-biljett tar-raba’, pjanta tar-raba’, jew xi dokumenti ohra relevanti ghall-art li dik il-persuna tkun qed tahdem, ghandha tehodhom maghha wkoll.  Bdiewa li ma jkollhomx l-art taghhom irregistrata f’dan l-ezercizzju ta’ registrazzjoni jistghu ma jikkwalifikawx ghal skemi ta’ ghajnuna.  Ser tinghata pjanta ta’ l-art li tinhadem bla hlas biex tinzamm bhala referenza ghal futur. 

F’kaz ta’ diffikulta’ wiehed jista jikkomunika mas-sur Emanuel Terribile fuq 2156 5809 bejn it-8.00 ta’ filghodu sas-1.30 ta’ wara nofsinhar.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow