L-ISTAT TAS-SIT TAL-WHITE ROCKS
B’riferenza ghall-kummenti li saru fi tmiem il-gimgha mill-Kap tal-Oppozizzjoni dwar l-istat li fih jinsab il-bini tal-kumpless tal-White Rocks gewwa Pembroke, ta min ifakkar li sal-mument li ntghazel il-Consortium biex iwaqqa’ l-bini li hemm u jizviluppa s-sit mill-gdid, id-Dipartiment tat-Turizmu kellu fuq il-post numru ta’ ghassiesa kif ukoll inkariga kumpanija privata ta’ sigurtà biex ighassu l-kumpless minn vandali u hallelin.
Mal-ghazla tal-Consortium u kif dan ressaq il-pjanti ghall-approvazzjoni tal-MEPA, sew ghax l-ispiza tal-ghassa lahqet Lm 24,000 fis-sena, kif ukoll ghaliex il-bini ser jitwaqqa’, id-Dipartiment iddecieda li jbattlu u jnehhi minnu dak li hu ta’ siwi ghalih. Il-bqija ta’ l-ghamara u taghmir li ma kienux ta’ htiega ghad-Dipartiment giet moghtija lil ghaqdiet filantropici.
Zmien wara li tnehhiet l-ghassa u meta d-Dipartiment tat-Turizmu sar jaf b’xi kazi ta’ vandalizmu u serq, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tat-Turizmu talab l-ghajnuna tal-Pulizijia u tal-Forzi Armati biex dawn jinkludu l-kumpless fir-ronda taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928