Left arrow Go Back

L-ISTAT TAS-SIT TAL-WHITE ROCKS

PR1544
Date Icon 04/11/2002

B’riferenza ghall-kummenti li saru fi tmiem il-gimgha mill-Kap tal-Oppozizzjoni dwar l-istat li fih jinsab il-bini tal-kumpless tal-White Rocks gewwa Pembroke, ta min ifakkar li sal-mument li ntghazel il-Consortium biex iwaqqa’ l-bini li hemm u jizviluppa s-sit mill-gdid, id-Dipartiment tat-Turizmu kellu fuq il-post numru ta’ ghassiesa kif ukoll inkariga kumpanija privata ta’ sigurtà biex ighassu l-kumpless minn vandali u hallelin.

Mal-ghazla tal-Consortium u kif dan ressaq il-pjanti ghall-approvazzjoni tal-MEPA, sew ghax l-ispiza tal-ghassa lahqet Lm 24,000 fis-sena, kif ukoll ghaliex il-bini ser jitwaqqa’, id-Dipartiment iddecieda li jbattlu u jnehhi minnu dak li hu ta’ siwi ghalih.  Il-bqija ta’ l-ghamara u taghmir li ma kienux ta’ htiega ghad-Dipartiment giet moghtija lil ghaqdiet filantropici. 

Zmien wara li tnehhiet l-ghassa u meta d-Dipartiment tat-Turizmu sar jaf b’xi kazi ta’ vandalizmu u serq, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tat-Turizmu talab l-ghajnuna tal-Pulizijia u tal-Forzi Armati biex dawn jinkludu l-kumpless fir-ronda taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow