ATTIVITAJIET TAL-KARNIVAL FL-IRHULA
Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor theggeg l-organizzazzjonijiet lokali biex fil-jiem tal-Karnival jigu organizzati attivitajiet karnivaleski fil-bliet u irhula madwar Malta. Il-Kummissjoni theggeg li attivitajiet karnivaleski jsiru bejn nhar is-Sibt, 22 ta’ Frar 2003 u nhar it-Tlieta, 4 ta’ Marzu, 2003. Il-Karnival fuq bazi Nazzjonali se jsir fil-Belt Valletta bejn nhar il-Gimgha, 27 ta’ Frar u t-Tlieta, 4 ta’ Marzu, 2003.
Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni se taghti sussidju finanzjarju lil dawk l-organizzazzjonijiet li se jorganizzaw attivitajiet karnivaleski fil-belt jew rahal rispettiv.
L-attivitajiet li jkunu ntitolati ghal sussidju jridu jsiru fl-apert b’access liberu u minghajr hlas ghall-pubbliku in generali. Barra minnhekk l-istess attivitajiet irridu jkunu fil-maggor parti taghhom marbuta ma’ l-aspett tradizzjonali u folkloristiku tal-Karnival Malti.
Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor qed tistieden ukoll ghaqdiet u organizzazzjonijiet lokali biex jipparteccipaw fl-attivitajiet nazzjonali tal-Karnival Malti fosthom fil-kukkanja u partecipazzjoni fl-isfilati permess ta’ ingenji jew karozzi dekorati.
Formoli ta’ l-applikazzjoni u kundizzjonijiet jistghu jinkisbu mill-Ufficcju tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, Kamra 109, Bini tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Floriana.
L-istess formoli jintlaqghu fl-istess ufficcju sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha 3 ta’ Jannar, 2003.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928