Left arrow Mur Lura

54 Inizjattiva dwar l-Implimentazzjoni tal-Politika IMprenditorjali taħt id-direzzjoni taċ-CHarter Ewropew għall-Intrapriżi ż-Żgħar

PR1539
Date Icon 04/11/2002

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, ħabbar 54 inizjattiva ġdida li jiffurmaw l-Programm ta' Ħidma tas-sena d-dieħla, intitolat "Lejn l-Implimentazzjoni ta' Politika Imprenditorjali fejn Int l-individwu fin-Negozju, tkun Prijorità". Huwa sostna li dawn l-inizjattivi ser jiġu fis-seħħ b'kordinazzjoni ma' Dipartimenti u Awtoritajiet f'Ministeri differenti, u huma lkoll riżultat ta' konsultazzjoni pubblika mas-settur kummerċjali.

Dawn l-inizjattivi huma lkoll ispirati miċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar li joffri gwida fl-implimentazzjoni tal-Politika Imprenditorjali ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-pajjiżi li ser jissieħbu. Sabiex tgħin fl-implimentazzjoni ta' politika imprenditorjali, l-Unjoni Ewropea nediet il-Multiannual Programmegħan-Negozji u l-Imprenditorija (for Enterprise and Entrepreneurship) li jagħmel disponibbli 'l fuq minn 400 miljun Euro għan-negozji żgħar u medji u huwa programm ta' ħidma mimli b'inizjattivi u azzjonijiet biex jagħmlu l-ambjent kummerċjali fejn jaħdmu l-intrapriżi ta' l-Unjoni Ewropea l-aqwa wieħed fid-dinja.

L-inizjattivi tal-Multiannual Programme li ser jdħlu fis-seħħ fl-2003 jiffukaw fuq tlett oqsma prinċipali:

Aċċess għall-finanzi: Sensiela ta' inizjattivi u strumenti finanzjarji maħsuba biex jindirizzaw il-bżonn ta' Intrapriżi li jkunu jridu jibdew jaħdmu (startups) jew ikunu fl-istadju inizjali tagħhom jew li jkollhom bżonn investiment ġdid biex jikbru. Dawn l-inizjattivi huma mħaddma mill-European Investment Fund li qiegħdha tagħraf l-importanza kbira tan-negozji ż-żgħar fl-ekonomiji tal-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.

Ċentri Ewropej ta' Informazzjoni (European Information Centres): Ristrutturar fl-operat ta' dawn iċ-ċentri fil-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu sabiex ikunu attrezzati biex jagħtu l-aħjar għajnuna u assistenza lin-negozji tal-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.

Identifikazzjoni ta' l-aqwa prattiċi fis-servizz tal-Gvern u awtoritajiet governattivi lejn in-negozji żgħar: Skambju ta' informazzjoni, laqgħat, u esperti mis-settur governattiv u imprenditorjali tal-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea sabiex jagħtu pariri, jaqsmu l-esperjenzi u jagħtu assistenza f'diversi oqsma differenti tal-politika imprenditorjali.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar li bħala pajjiż li ser jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, Malta ffirmat il-Memorandum of Understanding ma' l-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista' tibda tipparteċipa għall-ewwel darba f'dan il-programm. Pajjiżi li m’humiex ser jidħlu membri fl-Unjoni Ewropea m'humiex eliġibbli li jieħdu sehem u jibbenefikaw minn dan il-programm ta' ħidma li jaghmel disponibbli 'l fuq minn 400 miljun Euro, għat-titjib ta' l-ambjent kummerċjali u huwa mfassal biex joffri assistenza kemm finanzjarja kif ukoll teknika lin-negozji fil-pajjizi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. B'hekk jekk Malta ma tkunx membru fl-Unjoni Ewropea, l-intrapriżi Maltin ikunu mċahhda minn kull għajnuna u mill-fondi li jagħmel disponibbli l-Multiannual Programme sabiex jinġieb fis-seħħ iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar li tiegħu Malta hija firmatarja.

Bl-istess mod, il-Pjan ta' Ħidma imniedi mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo intitolat "Lejn l-Implimentazzjoni ta' Politika Imprenditorjali fejn Int l-individwu fin-Negozju tkun Prijorità" huwa wkoll immirat li jġib fis-seħħ il-prinċipji u l-linji ta' azzjoni li hemm fiċ-Charter Ewropew. Il-Pjan ta' Ħidma huwa sensiela ta' 54 inizjattiva li huma ggwidati miċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar u huma mfassla fuq konsultazzjoni pubblika estensiva dwar il-htigijiet ta' l-ambjent kummerċjali Malti. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jassigura li Malta tibbenefika minn kull għajnuna teknika u finanzjarja li joffri l-Multiannual Programme għan-Negozji u l-Imprenditorija sabiex jinġiebu fis-seħħ dawn l-inizjattivi

    1. L-organizzazzjoni tal-ħidma ta' l-Ismall Business and Crafts Unit.
    2. L-Uffiċċju ta' l-S.B.U. f'Għawdex.
    3. Jorganizzaw l-eżerċizzji ta' konsultazzjoni mas-setturi kummerċjali.
    4. Politika Kummerċjali fil-Komunità.
    5. Premju għall-Imprenditur fil-Komunità.
    6. Skema ta' għajnuna.
    7. Think Small First.
    8. Konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper fuq l-Entrepreneurship.
    9. Skema li permezz tagħha ngħinu liż-żgħażagħ mill-Università u mill-M.C.A.S.T. jibdew in-negozji tagħhom.
    10. It-Taħriġ fis-Snajja’.
    11. Taħriġ fl-Imprenditorija fl-M.C.A.S.T.
    12. Programm ta' taħriġ fl-Imprenditorija fl-Università.
    13. Programmi ta' taħriġ imfassla għal min għandu liċenzja tan-negozju u għal dawk li għad iridu japplikaw għal-liċenzja tan-negozju.
    14. Skemi ta' taħriġ għan-negozjanti ż-żgħar.
    15. Jissaħħaħ l-eżerċizzju ta' simplifikazzjoni fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju.
    16. Aktar spazju industrijali għad-dispożizzjoni ta' l l-intrapriżi ż-żgħar.
    17. Skema ta' l-I.P.S.E. li tgħin fil-ħlas tal-kiri ta' spazju industrijali.
    18. Il-prezz ta' l-Ilma mibjugħ mill-Water Services Corporation għall-manifattura.
    19. Emendi fil-liġi ta' amusement machines u tal-buskers.
    20. Isiru regolamenti ġodda li jirregolaw lil min qiegħed fin-negozju iżda ma għandux liċenzja tan-negozju.
    21. Parking fiċ-ċentru kummerċjali.
    22. L-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija.
    23. Vetturi kummerċjali ta’ self-employed żgħar.
    24. Inġibu fis-seħħ il-proċess ta' Regulatory Impact Assesment fuq legislazzjonijiet ġodda.
    25. Il-ġbir ta' kull statistika mill-oqsma kummerċjali għandu jsir permezz ta' formoli li huma iżjed business-friendly.
    26. Late payment provision.
    27. Jinbeda stħarriġ dwar liema regolamenti jistgħu jkunu eżentati minnhom in-negozji żgħar.
    28. Tkompli l-ħidma ta' kordinazzjoni mal-Malta Standards Authority.
    29. L-iskema ta' tindif u upgrading ta' żoni industrijali.
    30. Informazzjoni b'mod sempliċi u fil-qosor.
    31. Taħriġ għax-xogħol.
    32. Incubators għal nies li jibdew jaħdmu fis-snajja’.
    33. Kumitat ta' azzjoni biex żoni industrijali li ma jaqgħux taħt l-M.D.C.ikunu organizzati aħjar.
    34. L-użu tal-computer fin-negozju.
    35. Il-ħlas elettroniku - permezz ta' l-E-Government.
    36. Suq Virtwali.
    37. Negozji sostenibbli li jaħdmu fl-aħjar ċirkustanzi possibbli fejn l-istandards qed jintlaħqu u jkunu segwiti.
    38. In-Negozji għandhom ikunu mgħejjuna jifhmu kif jistgħu jirbħu f'suq kompetittiv.

    39. Il-proċeduri fis-sistemi tal-ġbir tal-VAT u t-taxxa għandhom ikunu sistemi "business friendly".

    40. Skemi li joffru inċentiv fiskali lil min qiegħed fin-negozju u għandu mpjegati jaħdmu miegħu.
    41. Inizjattivi finanzjarji għal negozji li ma jikkwalifikawx biex jiġu mgħejjuna mill-Business Promotion Act.
    42. Segwita l-ħidma tal-Banek, I-I.P.S.E. u l-M.D.C. biex ikun analizzat l-Aċċess Finanzjarju.
    43. Issir skema mill-I.P.S.E. għal dawk li ser jieħdu b'ċens mingħand l-M.D.C. spazju industrijali fil-Villaġġ ta' l-Artiġjanat f'Ta' Qali.
    44. Ikunu mgħejjuna permezz tal-Business Promotion Act dawk li ser jiżviluppaw spazju industrijali fil-Micro-Enterprise Parks.
    45. Organizzazzjoni ta' sistema ta' credit rating lokali u credit insurance f'Pajjiżna.
    46. Setturi ta' self-employed u negozji żgħar iħallsu rati ta' ħlas imnaqqsa meta jirreġistraw patents u trademarks.

    47. L-Innovazzjoni għandha tkun il-prijorità f'bidla ta' mentalità.
    48. Aktar imprendituri jagħrfu s-siwi ta' reġistrazzjoni ta' nnovazzjonijiet permezz ta' patents.
    49. Aktar informazzjoni dwar l-użu tal-web-sites.
    50. Setturi differenti ta' imprendituri li jiffurmaw assoċjazzjonijiet
    51. Skema ta' konsultazzjoni ta' l-S.B.U. ma' l-għaqdiet tan-negozju.
    52. Skema ta' konsultazzjoni permezz ta' l-Advisory Council
    53. Konferenza Nazzjonali bil-ħsieb li fiha jkun diskuss u analizzat l-implimentazzjoni taċ-Ċarter Ewropew għall-Intrapriżi ż-Żgħar.
    54. Klassifikazzjoni ta' kuntratturi.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kkonkluda billi qal li Malta diġà għandha r-rappreżentanti tagħha fil-Kumitat ta' l-Unjoni Ewropea li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Multiannual Programme. Huwa ħabbar ukoll liMalta ġiet mitluba tinnomina esperti mis-setturi kummerċjali u dawk Governattivi sabiex jieħdu sehem fid-diversi proġetti fi ħdan il-Multiannual Programme.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow