JUM IT-TIFKIRA: IL-HADD, 10 TA' NOVEMBRU, 2002
Jum it-Tifkira, li huwa ccelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, f'gieh il-vittmi kollha taz-zewg Gwerer Dinjija, se jkun imfakkar f'Malta nhar il-Hadd, 10 ta' Novembru, 2002.
F'din l-okkazjoni, il-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Koncelebrata fil-Kon-Kattidral ta' San Gwann, Valletta fid-9.15 ta' filghodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, fi Pjazza San Gwann. Tiehu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Fl-10.40 a.m. issir ic-cerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal-Gwerra l-Floriana. Matul din ic-Cerimonja jitqieghdu kuruni mill-ghola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ ghaqdiet ohra li ser jattendu wkoll ghall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur ghal matul ic-Cerimonja tat-Tqeghid ta' Kuruni. Jiehdu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion.
Korpi Kostitwiti u Ghaqdiet ohra li jixtiequ jippartecipaw fic-Cerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra billi jqieghdu kuruni ghandhom javzaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq in-numru tat-telefon 9987 5658 jew permess ta’ e-mail:- anton.miceli@gov.mt.
L-Appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bhala ghajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti taghhom isir matul il-granetbejn is-6 u l-10 ta' Novembru, 2002.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928