Left arrow Mur Lura

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’ - SIĠĠIEWI

PR1536
Date Icon 04/11/2002

Il-Kummissarju  tal-Pulizija  u  l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali  jinfurmaw  lill-pubbliku li ser isir  it-tiġdid tal-Karti ta’  l-Identita’  fil-lokalita’  ta’  Siġġiewi   minn  nhar  it-Tnejn  18  sa nhar is-Sibt 30  ta’ Novembru,  2002.  Ma jsirx tiġdid il-Ħadd 24 ta’ Novembru.   F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti  ta’  Siġġiewi  fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’  l-Belt Valletta. 

It-tiġdid  tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fis-Sala taċ-Ċentru taż-Żgħazagħ,   Triq il-Ġdida.    Fic-Ċentru  msemmi  jistgħu jattendu biss  ir-residenti  ta’  Siggiewi.    It-tiġdid qed isir  għal dawk  kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’.   Dawk  li ser  japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu  jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’  l-Belt, Valletta. 

Għandha tiġi  ppreżentata  l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti  kif ukoll  il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni  mitluba,  li ser tkun  mibgħuta  lil kull min għandu  jġedded  l-Karta ta’ l-Identita’.   Il-ħinijiet li fihom isir  it-tiġdid ser  ikunu:   fost il-ġimgħa   bejn  it-3.00 p.m.  u s-7.00 p.m.   Is-Sibt  mit-8.00 a.m. sa  nofsinhar.      

Aktar dettalji  dwar  it-tiġdid u l-mili tal-formola  jinsab  fil-fuljetti  li  ser  jintbagħtu  bil-posta  mal-formola  tat-tiġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow