STQARRIJA TAL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN
Il-Partit Laburista dan l-ahhar ta hafna pubblicita` lil zewg dokumenti li kienu prezentati fil-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa, ghax skond il-Partit Laburista dawn id-dokumenti huma prova li Gunter Verheugen, Kummissarju ghat-tkabbir ta' l-Unjoni, zbalja meta qal li l-holma Laburista ta' partnership ma tista qatt issir realta`.
Hu car li l-Partit Laburista m'hux qed jifhem fatt semplici fuq dawn iz-zewg proposti - li dawn huma biss mahsuba ghal pajjizi fil-Mediterran u fil-Lvant ta' l-Ewropa li wara t-tkabbir ikunu ghadhom barra l-Unjoni jew ghax ma jistghux jissiehbu, jew ghax ta' l-anqas s'issa m’humiex lesti biex jissiehbu fl-Unjoni.
Kelliema Laburisti qed jirrepetu diskors fuq erba' versi f'dokumenti dettaljati sew dwar il-futur ta' l-Ewropa. F'kull wiehed miz-zewg dokumenti, hemm paragrafu li m'ghandu x'jaqsam xejn ma' l-idea Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran jew mal-mudell ta' partnership.
Paragrafu minnhom jidher fid-dokument tal-Partit Socjalista Ewropew imsejjah 'Prioritajiet ghall-Ewropa' u li fi 38 kelma jghid li ghandu jinholoq status gdid ghall-girien ta' l-Unjoni Ewropea b'irbit politiku, ekonomiku u kulturali maghha.
Il-paragrafu l-iehor jidher fid-dokument tal-Partit Popolari Ewropew imsejjah 'Kostituzzjoni ghal Ewropa aktar b'sahhitha' li jghid li ghandu jkun hemm 'Partnership Ewropew' miftuh ghall-pajjizi tal-Lvant ta' l-Ewropa u tal-Mediterran. Dan il-paragrafu jghid li l-mudell irid ikun jixbah l-idea tal-European Economic Area izda minghajr ma jkollu xi element politiku.
Ta' min ifakkar li biex tidhol fil-European Economic Area, Malta jkollha tadotta l-ligijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea li hemm illum u li ghad iridu jidhlu dwar is-suq intern (anke ligijiet dwar il-moviment hieles tal-persuni u tas-servizzi u r-regolamenti dwar is-sussidji li jista' jaghti l-istat). Filwaqt li jkollna dan l-irbit, ma jkollnix dritt ghal vot fid-decizjonijiet ta' l-Ewropa, ghax ikunu jistghu jivvutaw biss il-membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan hu dak li jrid il-Partit Laburista? X'hemm jaqbel lil Malta f'dan l-arrangament?
Il-Partit Laburista nqabad fuq in-naha zbaljata ta' dan id-dibattitu nazzjonali tant importanti. Issa, fil-paniku li jinsab fih, qed jipprova jbengel kliemu stess biex iraqqa' t-toqob fl-argumenti tieghu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928