Titnieda l-inizjattiva e-Content
Il-Gvern qed jaħdem biex jattira lejn pajjiżna l-investiment u l-interess tal-Kumpaniji multi-nazzjonali biex isir l-iżvilupp neċessarju ħalli l-futur ta’ uliedna jkun sod fil-qasam tal-ICT. Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti waqt it-tnedija tal-programm eContent.
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt fisser l-inizjattiva mnedija llum bħala xhieda oħra mhux biss tar-rwol iżda tas-suċċess li kisbet il-Kummissjoni eMalta. B’mod regolari fid-diversi inizjattivi tal-Kummissjoni eMalta issib dawk kollha interessati fil-qasam tal-ICT jaħdmu flimkien.
Dr. Gatt fisser id-differenza marbuta mal-fatt li filwaqt li l-interess f’dan il-qasam kien dejjem eżistenti, l-isforzi normalment kienu jkunu sparpaljati. Mhux biss, Dr. Gatt fisser ir-realta’ li filwaqt li fl-imgħoddi dawn l-aspetti kollha kienu jkunu karatteriżżati minn konflitt, illum il-Kummissjoni eMalta rnexxielha toħloq il-fora neċessarji biex flimkien, mingħajr ma niddominaw, jew noskuraw ir-regoli tas-suq ħieles, tiġi mfassla l-istrateġija u l-politika għal futur f’dan il-qasam.
Dr. Austin Gatt semma kif dan huwa eżempju kif nies minn oqsma differenti imma minn settur wieħed jistghu jiltaqgħu flimkien biex jaħdmu flimkien. Irridu nirrikonoxxu li pajjiżna huwa żgħir wisq biex nisparljaw ir-riżorsi tagħna, u fejn m’għandniex noħolqu kontroversji, m’għandhomx għalfejn jinħolqu.
Dr. Gatt fisser l-ukoll l-importanza ta’ l-inizjattiva, inizjattiva li qed tiġi mnedija ma’ l-Unjoni Ewropea, inizjattiva li hija wkoll parzjalment imħallsa mill-Unjoni Ewropea. Huwa importanti issir xi ħaġa krucjali fil-qasam tal-ICT, għax jkun ifisser li qed naħdmu fis-suq internazzjonali. Punt kruċjali għal futur ta’ l-industrija lokali f’dan is-settur hija li l-internazzjonalizzazzjoni tas-suq tagħna. Jekk irridu nibqgħu noffru prodotti ta’ kwalità, irridu nħarsu lejn is-suq internazzjonali.
Is-suċċess li pajjiżna qed ikollu f’dan il-qasam, qed jiġi rikonoxxut minn kulħadd. L-iktar rikonoxximent kruċjali kien l-eEurope + Report, fejn wera li
Malta hija l-iktar pajjiż avvanzat fost il-pajjiżi kandidati membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan il-fatt ġie rikonoxxut wkoll minn kumment li għamel Jean Philippe Courtois, il-viċi president tal-Microsoft, meta qal li Microsoft hija eċitata minn dak li qed jiġri f’pajjiżna u għax Malta qegħda fuq quddiem nett fost il-pajjiżi kandidati.
Il-Ministru Gatt fisser li dan is-suċċess huwa bbażat fuq investiment li għamel il-Gvern, li sar fis-snin disgħin fl-infrastruttura teknoloġika neċessarja, li biha ġibna lil Malta teknikament kollha online. Malta hija l-unika pajjiż, li għandha 90% tas-servizzi tal-Gvern kollha jaħdmu b’mod elettroniku fuq binarju wieħed. Dawn is-sentejn kienu sentejn karatteriżżati minn viżjoni politika ċara u b’policies effettivi marbuta ma’ timetables stretti, biex fi żmien qasir nibnu dak kollu neċessarju.
L-ewwel sfida kienet li jkollna bażi teknoloġika infrastrutturali biex l-iżvilupp li jsir, jkun wieħed seamless, anke fil-kuntest tal-fatt li l-proċessi li qed isiru jeffettwaw lil pajjiż kollu.
Dr. Gatt kompla li llum għandna żewġ sfidi partikolari. L-ewwel waħda hija li kull Malti u Għawdxi jibdew jużaw l-IT bħala parti integrali minn ħajjithom. Fost l-inizjattivi għal dan il-għan hemm kampanja ta’ informazzjoni massiva biex tħajjar lin-nies li ma jafux il-Computer jibdew jitgħallmu.
F’Diċembru/Jannar jibda t-tagħlim taħt l-inizjattiva myWeb fejn noffru l-korsijiet b’xejn u lil kull min jispiċċa dan il-kors b’suċċess ser jingħata internet u email account. Minbarra dan, inizjattiva oħra li hija wkoll importanti ħafna, hija li flimkien mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni l-ECDL (European Computer Driving Licence), ser tkun ċertifikazzjoni standard fl-iskejjel kollha tagħna.
Inizjattiva oħra tal-Gvern huwa l-ħolqien ta’ ċentru ta’ eċċellenza f’pajjiżna. Diġà resqin lejn din id-direzzjoni. Dan kien ukoll konfermat minn Jean Philippe Courtois, li qabel li l-Microsoft jinvestu biex f’Malta jagħmlu incubation center tal-kumpanija fejn jagħmlu għad-dispożizzjoni tal-akkademiċi, l-industrijalisti u r-riċerkaturi Maltin, is-Source Code tas-sistemi żviluppati minnhom, biex il-Maltin ikunu jistgħu jiżviluppaw madwar dawn is-Source codes, programmi li jaħdmu fuq dawn is-sistemi, biex imbagħad il-Microsoft timpenja ruħha biex tgħin lil dawn il-kumpaniji, biex jagħmlu l-marketing tagħhom barra minn Malta.
Dr. Gatt qal li b’din l-inizjattiva, Malta tassew għamlet qabża fil-kwalità. Malta ma kienetx l-uniku pajjiż biex tattira l-attenzjoni tal-Microsoft. Din hija r-rejalizzazzjoni ta’ ħolma. Huwa sostna li biex f’pajjiżna nagħmlu ċentru ta’ eċċellenza, irridu naħdmu biex nimplimentaw il-programmi tal-Kummissjoni eMalta biex inħarrġu lil Maltin f’dawn it-teknoloġiji. L-inizjattivi ta’ l- akkademji tal-Microsoft u c-Cisco f’pajjiżna huma mmirati biex il-Maltin ukoll jingħataw f’pajjiżna t-taħriġ neċessarju. Ser inkomplu naħdmu wkoll biex inkomplu bil-partnerships mal-kumpaniji u ditti multinazzjonali biex nippromwovu r-relevanza ta’ pajjiżna f’dan il-qasam.
Dr. Gatt kompla li rridu nieħdu sehem attiv fi ħdan il-programmi tal-Unjoni Ewropea, mhux tant għal flus minkejja l-importanza tagħhom, iżda biex inkomplu niftħu bibien li sal-lum għadhom magħluqin.
Dr. Gatt kompla li l-Gvern qed jaħdem fuq l-irwol u l-ħidma tal-Gvern biex is-settur privat lokali jkun involut fl-iżvilupp.
Is-suċċess ma jinqalax mis-sema. Imma s-suċċess jigi għax il-Gvern għandu pjan ċar li jaf fejn irid imur. Għandu viżjoni u strateġija. Il-Gvern jaf fejn irid imur u jaf fejn irid jasal. Il-Gvern fl-aħħar mill-aħħar jista’ biss jiżra. Jista’ jiżra l-enerġija, viżjoni, policies finanzjarji u industrijali, imma fl-aħħar mill-aħħar irid ikun il-privat li jaħsad.
Flimkien kompla Dr. Gatt ser inkunu nistgħu naħsdu l-investiment għall-pajjiż, ix-xogħol għall-pajjiż, u l-profitti neċessarji. Però fuq kollox irid jinħasad dak kollu neċessarju biex uliedna jkollhom futur aħjar, sod u qawwi fil-qasam tal-ICT.”
eContent initiative
The availability in Malta of the eContent Programme has been made possible through the direct co-ordination of the eMalta Commission. Within the context of its business plan the Commission is actively taking part in a number of EU initiatives through which a number international opportunities have been identified and are being promulgated in the local scenario.
eContent supports the production, use and distribution of European content (e-content) on the global networks. The Programme seeks to attain its goal by supporting the growth of a healthy and competitive EU digital content industry fit to exploit the opportunities created by new technologies.
In order to promote and implement the programme on the local scenario the eMalta Commission teamed with the Malta Council for Science and Technology. Through active participation in eContent various entities will be in a position to submit multi-nation proposals, to the EU Commission in order to obtain financial and technical aid to help them develop high quality web content.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928