Left arrow Go Back

PUNTI MID-Diskors ta’ L-ONOR. Tonio Borg, Ministru TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, waqt l-ghoti ta’ certifikati ta’ in-service training LILL-Ufficjali tal-Probation

PR1522
Date Icon 01/11/2002

Illum iltqajna sabiex nuru l-apprezzament taghna ghall-interess li hadu dawn l-ufficjali tal-probation f’xogholhom, tant li segwew kors li gie organizzat mill-Istitut tal-Istudji Forensici fuq inizjattiva taghhom stess.

Fil-prezent, is-servizz tal-probation f’Malta huwa maghmul minn hames ufficjali tal-probation, jahdmu taht il-harsien ta’ zewg senior probation officers. Il-kazijiet dejjem jizdiedu ta’ dan l-ufficju, juru l-fiducja kbira li l-Qrati lokali ghandhom fis-servizz professjonali li qieghed jinghata.

Illum l-ufficcju tal-probation jissorvelja madwar 500 kaz. Id-domanda ghas-servizzi dejjem jizdied, b’hekk il-bzonn li nimpjegaw izjed ufficjali. Fil-futur qrib se nimpjegaw numru ta’ nies li spiccaw l-istudji taghhom fl-Università. Dawn se jkomplu jimlew in-nuqqas li bhalissa hemm fl-Ufficcju tal-probation. Barra minn hekk, f’Ottubru li gej, l-Istitut ta’ l-Istudji Forensici fi hdan l-Università ta’ Malta se jerga’ joffri d-Diploma fis-Servizzi tal-Probation biex dejjem isahhah dan is-servizz.

Is-Servizzi offruti mill-Ufficcju tal-Probation jinkludu:

  • Rapporti ta’ qabel is-sentenza ghall-Qrati
  • Supervizjoni ta’nies fuq plegg u
  • Is-sorveljanza ta’ nies li qeghdin taht ordni ta’ probation jew li nghataw sentenza sospiza b’supervizjoni.

Il-provvediment ta’ dawn is-servizzi jirrekjedi xoghol ta’ responsabiltà kbira. Fil-fatt l-ufficali tal-probation ghandhom ir-responsabiltà li:

  • Jipprovdu lill-Qrati b’informazzjoni u pariri fuq nies li nstabu hatja;
  • Jimplementaw u fejn necessarju jiddisenjaw s-sentenzi li jigu mqabbda jsegwu mill-Qrati u
  • Jahdmu flimkien ma’ servizzi u professjonisti ohra biex il-persuna taht is-sorveljanza taghhom ikollha l-ahjar servizzi biex tirriforma.

Ghalhekk l-ufficjal tal-probation ghandu rwol attiv fil-prevenzjoni ta’ aktar reati, fir-rijabilitazzjoni tal-kriminali u fil-harsien tal-gustizzja. Dan ir-rwol se jkompli jizdied meta tigi fis-sehh il-ligi l-gdida tal-probation. Din il-ligi taghti l-possibiltà li l-Qrati taghna jikkundannaw lin-nies ghal xoghol fil-komunità, b’hekk jassiguraw kemm ir-rijabilitazzjoni kif ukoll ir-rijintegrazzjoni tal-kriminali. Huwa minhabba dan li l-Gvern huwa deciz li jkompli jsahhah u jespandi dan is-servizz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow