Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Censu Galea, Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni waqt seminaR fuq Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummercjali – FURJANA - 31 t’Ottubru 2002

PR1520
Date Icon 31/10/2002

Certament li hadd minnha hawnhekk ma jiddubita mill-importanza tat-trasport bil-bahar ghall-gzejjer taghna. Dan il-mezz antik ta’ trasport mhux biss ighinna biex nzommu kuntatt mal-bqija tad-dinja, izda huwa wkoll il-pern tal-ekonomija Maltija u l-mezz primarju kif inwasslu f’pajjizna dawk il-htigijiet li ta’ bilfors irridu nimpurtaw. Hu wkoll il-mezz ewlieni li jintuza ghall-esportazzjoni.

Mal-medda tas-sekli, generazzjoni ta’ Maltin wara ohra, zviluppat l-industrija tat-trasport marittimu skond il-htigijiet taghha. Minn zmien ghal zmien addattat l-istess parametri tal-industrija u biddlet il-mod ta’ kif tipprovdi s-servizzi biex ikunu kumplimentari ghall-esigenzi tas-swieq lokali u barranin.

Partikolarment fis-snin recenti, Malta dejjem insistiet u habirket sabiex timmassimizza fuq il-potenzjal tal-industrija tas-servizzi. Dan japplika l-iktar ghall-industrija marittima.

Illum Malta ghandha l-hames l-akbar registru ta’ bastimenti merkantili fid-dinja. Dan qed jissokta jigi diversifikat u mkabbar. Dan il-potenzjal u success qed jigi rikonoxxut ukoll barra minn xtutna, Dan ir-rikonoxximent qed jissokta jissahhah b’mod partikulari bl-inizjattivi li qed tiehu l-Awtorita` Marittima, sabiex tassigura li bastimenti registrati f’Malta jkunu ta’ livell gholi. Statistika ricenti turi li n-numru ta’ bastimenti Maltin mizmuma f’portijiet barranin wara spezzjonijiet li jkunu saru fuqhom qed jonqos gradwalment. Dan qed isehh skond termini definiti fi Pjan ta’ Azzjoni mfassal mill-Awtorita` Marittima li jinkludi revizjoni ta’ legislazzjoni u tishih fl-istrutturi amministrattivi fid-Direttorati tal-Bastimenti Merkantili u tal-Portijiet.

L-izvilupp tal-industrija marittima f’Malta huwa wkoll rifless fis-success tal-Malta Freeport Terminals li llum huwa fost l-akbar "hub ports" ghat-trasbord fil-Mediterran.

Success iehor qed jinkiseb fl-industrija tal-"cruise liners", liema attivita` il-Gvern issa ghadda f’idejn il-privat li ser jinvesti mhux anqas minn 13-il miljun lira fl-izvilupp ta’ "terminals" ghall-passiggieri u fir-riabilitazzjoni shiha tax-xatt ta’ Pinto. Wara zieda ta’ madwar 50 fil-mija fin-numru ta’ passigieri registrat fl-2001 fuq is-sena ta’ qabel, huwa ta’ sudisfazzjon li ngharraf li din is-sena ser jerga jkun hawn zieda sostanzjali fuq l-2001. L-istess jista jinghad dwar attivitajiet portwarji fosthom il-"bunkering" u servizzi ohra offruti bhal "ships conveyances" u l-provvista ta’ "ship supplies".

Izda llum qed niltaqghu biex niddiskutu l-industrija tat-trasport bil-bahar li ssehh bejn il-gzejjer u fil-portijiet Maltin.

Din hija firxa wiesa ta’ attivita` kummercjali li tinkludi t-trasport ta’ passiggieri u merkanzija bejn il-gzejjer, tissodisfa l-htigijiet ta’ turisti u Maltin li jixtiequ jittiehdu fuq "cruises" madwar il-gzejjer u servizzi ohra mehtiega mill-portijiet kummercjali taghna.

Fir-rigward tat-trasport bejn il-gzejjer, dan is-servizz llum huwa pprovdut mill-Gozo Channel Co Ltd; kumpanija parastali li qed toffri servizz bejn il-gzejjer skond l-ezigenzi ta’ obbligi pubblici socjali u b’tariffi mrahhsa. Il-Gvern jirrikonoxxi li dan huwa servizz fl-interess socjo-ekonomiku nazzjonali u li f’dan ir-rigward, kif maqbul waqt in-negozjati mal-Unjoni Ewropea, il-Gvern ser jidhol f’kuntratt ma’ din il-kumpanija biex jigi maqbula, b’mod car u definit l-obbligi mehtiega; obbligi illi kieku din kellha tkun kumpanija purament kummercjali ma kinetx tidhol ghalihom, ghaliex ma jhallux profitt. Issa l-Gvern ser ikun f’pozizzjoni li jiggarantixxi l-kontinwita` u r-regolarita` tas-servizz b’bastimenti li jissodisfaw kriterji ta’ sigurta` skond prattici nternazzjonali u skond tariffi mrahhsa.

Dan is-servizz qed jissokta jigi mtejjeb bl-estensjonijiet tal-facilitajiet eziztenti fil-portijiet ta’ l-Mgarr u c-Cirkewwa li ser jinkludu bini tat-"terminals" f’dawn iz-zewg portijiet. Dan il-progett, li qed jitwettaq mill-Awtorita` Maritima, ser jiswa madwar tlettax-il miljun lira.

Fir-rigward ta’ trasport ta’ passiggieri li huwa msejjes fuq l-industrija turistika u dik ta’ rikrejazzjoni, dawn ir-regolamenti godda ser iservu biex jigi assigurat li kull operatur qed jahdem f’dan is-servizz skond kriterji ta’ sigurta` u b’ekwipagg li huwa certifikat b’mod adegwat ghal dan it-tip ta’ servizz. Il-qofol ta’ dawn ir-regolamenti huma l-"istandards" ta’ sigurta` abbord, skond mekkanizmu ta’ certifikazzjoni kif applikabbli ghat-tip partikulari ta’ bastiment. Kulhadd irid jifhem li kriterji relatati mas-sigurta` ta’ bastiment u l-operat tieghu ma jistghux ikunu suggetti ghall-kompetetizzjoni.

B’mod meqjus u adegwat jinhtieg ukoll li gradwalment jigu regolati dawk il-bastimenti, fosthom "yachts" li jinkrew lill-gruppi ta’ persuni ghall-perijodu ta’zmien definit jew li okkazjonalment jinkrew biex jiehdu passiggieri madwar il-gzejjer. Ladarba dawn il-bastimenti simili qed jintuzaw ghal skopijiet kummercjali huwa mehtieg li dawn il-bastimenti jkunu licenzjati kif mitlub, u li jkollhom certifikati adatti ghal dak it-tip partikulari ta’ trasport.

L-istess kriterji ta’ licenzjar u certifikazzjoni ser japplikaw ukoll ghal kull bastiment involut fil-provvista ta’ servizzi portwarji u hawn wiehed jinkludi l-lanec tal-irmonk, tal-pilutagg u dawk konnessi mal-‘bunkering’ u servizzi ohra.

Ilu aktar minn sitt snin li l-Gvern awtorizza lill-Awtorita’ Marittima biex tizviluppa u tirrevedi legislazzjoni li tmur lura ghas-snin hamsin. Kienu diversi r-ragunijiet il-ghaliex din il-legislazzjoni qed tigi nfurzata biss llum.

Dan huwa spjegat mill-fatt li l-konsultazzjoni ma’ xi membri tal-industrija hadet zmien twil. Fl-istess hin l-industrija lokali kompliet tizviluppa u tiddiversifika.

Fuq kollox riedet ukoll tinstab sistema li l-legislazzjoni li qed tigi ntrodotta llum bl-ebda mod ma teffettwa hazin dawk li llum ghandhom hobzhom minn din l-industrija.

Zvilupp iehor rilevanti kien li s-sena li ghaddiet gie deciz li trasport bil-bahar fir-rigward ta’ garr ta’ passiggieri jghaddi mill-Awtorita` ghat-Trasport Pubbliku ghall-Awtorita` Marittima. Dan jaghmel sens, peress li din l-Awtorita` ta’ l-ahhar kienet gia nvoluta fic-certifikazzjoni ta’ dawn il-bastimenti u bahhara, u wkoll ghaliex bhala organizzazzjoni hija attrezzata ahjar biex tamministra hwejjeg ta’ materja marittima.

Jien mgharraf li hemm ‘l fuq minn mitejn operatur ta’ bastimenti kummercjali li joperaw fl-ibhra Maltin. Bejniethom dawn il-bastimenti jhaddmu ‘l fuq minn erba’ mitt impjegat, apparti mpjegati ohra li huma nvoluti fil-‘marketing" u l-organizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi. L-akbar impatt fuq din ix-xorta ta’ industrija huwa fir-rigward ta’ trasport ta’ passiggieri madwar il-gzejjer.

Is-suq, ghalkemm qed gradwalment jikber b’mod sostenibbli, huwa dak li hu. Dan ifisser li wkoll f’ekonomija miftuha jinhtieg li din l-attivita` tigi regolata u kkontrollata b’mod san u konkret, minghajr ma tixxekkel l-inizjativa privata.

L-Awtorita’ Marittima hija responsabbli biex tillicenzja dawn l-operaturi, ticcertifika l-bastimenti skond l-kriterji ta’ sigurta` u ticcertifika l-ekwipagg skond kif mehtieg u applikabbli. Fl-istess hin l-Awtorita` trid izzomm il-bon ordni fil-provvista ta’ dawn is-servizzi varji, billi tindika lil kull operatur fuq liema rotot jista’ jopera u minn fejn u ghal liema postijiet dawn il-bastimenti jistghu joperaw. B’hekk li l-Awtorita` tkun qieghda tirregola u li fl-istess hin tassisti sabiex tiffacilita l-istess industrija bl-iskop li tinzamm sostenibbli.

F’dan ir-rigward ta’ min isemmi li gia hemm cirkustanzi fejn il-provvista ta’ servizzi hija akbar mid-domanda. Dan johloq piz sew fuq ir-regolatur u sew fuq il-facilitajiet ezistenti. F’dan il-kuntest huwa mehtieg li l-industrija taghraf tasal fi stat li tirregola lilha nfisha. Huwa fl-interess ta’ l-istess industrija li waqt li tissokta tigi zviluppata kultura ta’ harsien tas-sigurta`, possibilment jinholqu xejriet ta’ "partnerships" fost l-operaturi sabiex jirrendu l-industrija aktar sostenibbli. Dan huwa dak li qed isehh f’pajjizi barranin, fis-sens li waqt li kull operatur izomm u jhares l-interessi tieghu, l-istess operaturi flimkien ifittxu mezzi kif b’sinergija jnaqqsu l-ispejjes.

Huwa ta’ sodisfazzjon ghalija li, kif mgharraf mid-Direttorat tal-Portijiet tal-Awtorita` Marittima, bosta mill-provvedimenti li qed jigu nfurzati b’sehh ta’ dawn ir-regolamenti, qeghdin diga’ jigu ezegwiti minn uhud mill-operaturi li jemmnu li l-kwalita` tal-prodott huwa s-success ta’ kull inizjattiva kummercjali. Dan jghodd ghal Gozo Channel, uhud mill-operaturi ta’ bastimenti tal-passiggieri madwar il-gzejjer u dawk il-bastimenti li huma mehtiega ghas-servizz fil-portijiet Maltin.

Id-Direttorat tal-Portijiet ipprepara wkoll sensiela ta’ korsijiet qosra li kull min llum ghandu xi forma ta’ certifikat biex iservi fuq dat-tip ta’ bastimenti, izda jinhtieg jissokta jizviluppa l-potenzjal tieghu, ikun jista’ jaghmel dan. L-Istitut ghall-Istudji Marittimi ser ikun f’qaghda li jipprovdi dawn il-korsijiet, bhalma diga ghamel f’aspetti ohra marittimi.

L-industrija m’ghandhiex thares lejn din il-legislazzjoni bhala xkiel izda bhala ghodda siewja li ghandha l-potenzjal issahhah din l-istess industrija. Fi zmien meta lkoll nafu kemm qed tinghata attenzjoni ghall-harsien tas-sigurta` ta’ passiggieri u l-harsien ta’ l-ambjent, m’ghandux ikun difficli li nikkonvincu rwiehna dwar il-htiega li l-prodott li qed noffru jissodisfa l-htigijiet tal-klijenti taghna.

Ezercizzju simili kien gie ntrodott fl-1996 meta b’mod rigoruz giet regolata l-industrija tal-"bunkering". Dak iz-zmien l-ammont ta’ "bunker fuels" f’sena ma kienx ilahhaq aktar minn 200,000 tunnellata. Illum l-operaturi f’dan is-settur minn tnejn telghu ghal sebgha u l-ammont ta’ "bunker fuels" li qed jigi esportat ilahhaq madwar 900,000 tunnellata fis-sena.

Biex din l-industrija tissokta tissahhah jinhtieg l-infurzar tal-provvedimenti legislattivi li qed jigu mressqa. L-Awtorita` Marittima tinhtieg issahhah l-ispettorat taghha biex tassigura li dawn ir-regolamenti jigu mharsa. Hu fl-interess ta’ l-istess industrija li thares dawn ir-regolamenti biex ma jkunx hemm zidiet fl-ispejjez mehtiega.

F’dan is-sens nappella biex l-istess industrija timbarka fuq process konkret ta’ tharis tal-provvedimenti legislattivi u skond id-direzzjoni ta’ l-istess Awtorita`, bil-ghan li l-Awtorita` tkun tista’ tnaqqas il-prezenza taghha. Sakemm giet fis-sehh din il-legislazzjoni, jien mgharraf li l-Awtorita` kienet qed taghmel l-ispezzjonijiet mehtiega, u l-operaturi inghataw ic-cans li jikkoregu id-deficjenzi li kellhom. B’sehh mill-ewwel ta’ Ottubru operaturi li ser jinstabu qed jiksru il-provvedimenti ta’ dawn ir-regolamenti ser jibdew jigu mmultati u jekk mehtieg imwaqqfa milli jkomplu joffru s-servizzi.

Fl-ahhar nixtieq nizzi hajr lil kull min ikkontribwixxa ghal dan l-ezercizzju, fosthom membri ta’ l-istess Awtorita` Marittima, "surveyors" appuntati mill-Gvern, flimkien ma’ rapprezentanti tal-industrija. Jien cert li dan l-ezercizzju ser ikompli jsahhah l-industrija marittima lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow