Il-Ministru ta’ l-Intern Dr Tonio Borg izur xoghlijiet ta’ restawr ta’ Kottoner Gate li qed isir mill-Fondazzjoni Wirt Artna
Il-Ministru ta’ l-Intern l-Onor. Dr. Tonio Borg zar Bieb is-Sultan, li fuqu qed isir xoghol ta’ restawr mill-Fondazzjoni Wirt Artna. Kmieni fis-sena 2000, il-Gvern kien ghadda Bieb is-Sultan lill-Fondazzjoni biex jigi restawrat u jintuza bhala kwartieri mill-istess fondazzjoni; u jinfethu partijiet minnu ghall-pubbliku.
Bieb is-Sultan, maghruf ukoll bhala n-Notre Dame Gate kien wiehed mis-seba’ bibien originali li nbnew mill-Kavallieri ta’ San Gwann, matul il-linji tal-Kottonera. Kien jintuza bhala l-Bieb ewlieni ghaz-zona tat-tlett ibliet.
Gojjelli bhal dawn, qal il-Ministru Borg, huma komuni fil-gzejjer taghna, u l-ahjar mod kif wiehed jikkonservahom huwa billi jiggarantixxi l-uzu taghhom. Post li ma jibqax jintuza jispicca mitluq, kif ghal hafna snin spicca mitluq il-post li llum qed jigi restawrat.
Huwa rringrazzja lill-Fondazzjoni Wirt Artna, partikolarment lis-segretarju generali Mario Farrugia, ghax-xoghol siewi li qed jaghmlu u awguralhom kull success.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN