Left arrow Mur Lura

Inġabru 80,000 kopja tal-‘yellow pages’

PR1518
Date Icon 31/10/2002

Meta kien qed iżur maħzen fil-Marsa fejn qed jinġabru l-kopji tal-Yellow Pages qodma biex jiġu riċiklati,il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal li kull strateġija dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart solidu trid bilfors tieħu in konsiderazzjoni r-riċiklaġġ ta’ prodotti tal-konsum u l-iżvilupp ta’ suq għal prodotti riċiklati. Hu qal li bħala l-ewwel pass irridu nikkonċentraw fuq ir-riċiklaġġ tal-karta, ħġieġ u plastics.

Francis Zammit Dimech qal li d-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ l-Iskart għandu sezzjoni għar-riċiklaġġ li matul is-sena li għaddiet kompliet tissaħħaħ. Dan it-tip ta’ skart inġabar min dipartimenti tal-Gvern, azjendi pubbliċi u Kunsilli Lokali. Francis Zammit Dimech qal li din is-sena, sa’ Ġunju 2002, din is-sezzjoni ġabret madwar 460 tunnellata ta’ karta u 33 tunnellata kartun li kollha ġew riċiklati lokalment. Hu qal li barra minhekk madwar tmien tunnellati ta’ ħġieġ, landa u plastik inġabru mil-iskips għall-iskart separat li tqiegħdu f’Pembroke u Marsaskala.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-Gvern issaħħet anke f’dan is-settur meta din is-sena dawn ikkollaboraw mad-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ l-Iskart u bdew iħajjru lin-nies biex jiġbru karta għar-riċiklaġġ. Il-Ministru Zammit Dimech qal li matul is-sena li għaddiet nbdiet ukoll skema ta’ recycling banks għall-ħġieġ u l-metall f’postijiet frekwentati minn ħafna nies. Fix-xitwa dawn il-postijiet kienu jinkludu Ta’ Qali, Kennedy Grove, Marsaxlokk u tas-Sliema. Fis-sajf ir-recycling banks ġew introdotti fuq xtut l-iżjed popolari bħal Għajn Tuffieħa, l-Għadira, Marsaxlokk u Pretty Bay f’Birżebbuġia.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar ukoll li s-servizz għall-ġbir tal-batteriji użati matul is-sena li għaddiet kien konsolidat meta sa Ġunju l-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ l-Iskart ġabru 8,030 kg ta’ batteriji, ammont li mistenni jiżdied.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-poplu kien qed isir konxju mill-ħtieġa li jkun hemm riċiklaġġ ta’ aktar mill-iskart li nipproduċu. Hu qal li kien ta’ inkorraġġiment li s-settur privat ukoll qed jagħti sehmu f’din il-kampanja maħsuba biex innaqqsu l-ammont ta’ skart li qed imur fil-miżbliet. Francis Zammit Dimech qal li l-kumpannija Yellow Pages (Malta) Ltd kienet din is-sena diġa ġabret 80,000 kopja tal-yellow pages il-qodma, li jammontaw għal madwar 80 tunnellata ta’ karta. Qal li kien mistenni li jinġabru madwar 20,000 kopja oħra tal-yellow pages li jwasslu l-ammont għal 100,000, jew nofs il-yellow pages kollha li jiġu stampati. Francis Zammit Dimech qal li din kienet qabża sinifikanti fuq sentejn ilu meta nġabru għall-ewwel darba l-yellow pages.

Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-kumpannija Yellow Pages (Malta) Ltd għall-inizjattiva tagħha favur l-ambjent u stieden kumpanniji oħra jagħmlu l-istess. Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li l-ambjent hu ta’ kulħadd u li għalhekk l-ħarsien tiegħu kellu jiġi minn kulħadd, Gvern, settur privat u organizzazzjonijiet volontarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow