Left arrow Mur Lura

IKTAR AREI PROTETTI GHALL-IMSAGAR

PR151
Date Icon 08/02/2002

Meta kien qed jippartecipa f'attivita' ta' thawwil ta' sigar fil-Bahrija, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li mill-istatistika uffiċjali jirrizulta illi 4.23 fil-mija biss ta' l-art kollha tal-pajjiż hi miksija b'boskijiet li huma proprjeta' pubblika u li jintużaw għal skopijiet ta' rikrezzzjoni. Jirriżulta wkoll minn studju kkummissjonat mill-Unjoni Ewropea dwar "The Benefits of Compliance with the Environmental Acquis for Candidate Countries", li fost dawn il-benefiċċji hemm li l-kobor ta' arei protetti bħala perċentwali ta' l-art se jikber.

Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti kien qed jieħu t-tisbiħ u l-ħarsien tal-kampanja ta' pajjiżna bis-serjeta'. Din is-sena l-Gvern kien qed jaħseb li permezz tal-kunċett ġdid ta' Public Private Partnership, jibdel meded ta' art f'imsaġar. Qal li wara li s-sena li għaddiet saru studji f'dan ir-rigward ġew identifikati ħames siti proprjeta' tal-Gvern f'Malta li fihom jista' jibda proġett ta' tħawwil ta' siġar. Qal li s-siti identifikati kienu f'Delimara, Xorb il-Għaġin, Pembroke, Kennedy Grove/Salina u l-Imtaħleb. Sit ieħor ġie identifikat f'Għajnsielem Għawdex. Qal li din kienet biċċa xogħol kbira u li kienet tirrekjedi mhux biss ippjanar, iżda wkoll ħidma kontinwa biex darba jitħawwlu dawn is-siġar ikun hemm min jieħu ħsiebhom biex isaqqihom, jiżborhom, inaddaf taħthom u biex jassigura li l-ħitan tas-sejjieħ jinżammu fi stat tajjeb. Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern Malti kien diġa' talab lill-Gvern Libjan biex jgħinu fil-proġetti ta' afforestazzjoni.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li ħidma oħra ta' tħawwil tas-siġar kienet qiegħda ssir fil-parks nazzjonali u reġjonali. Fakkar li s-sena l-oħra l-Ministeru għall-Ambjent ħawwel siġar indiġeni fil-park nazzjonali f'Ta' Qali. Iktar siġar se jitħawwlu f'dan il-park matul is-sena. Il-Ministeru għall-Ambjent qiegħed jaħdem ukoll biex jibdel area mitluqa barra s-swar tal-Kottonera f'Haż-Żabbar f'park reġjonali. Qal li f'din l-art hemm mijiet ta' siġar taż-żebbuġ li jiffumaw masġar mill-isbaħ.

F'din il-lokalita' ħaddiema mill-Ministeru għall-Ambjent ilhom għal xi xhur jibnu passaġġi, ħitan tas-sejjieħ, boundary walls u jnaddfu l-inħawi minn kull tip ta' skart li nġema' tul is-snin.

Qal li proġett ieħor kien dak ta' Wied Għomor li minn post żdingat qed jinbidel f'park reġjonali fejn ir-residenti ta' l-inħawi, u nies minn partijiet oħra ta' Malta, jkunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom. Fakkar ukoll li xogħol ieħor kien se jsir f'Ħal Far fejn mistenni li titkabbar il-picnic area u jitħawwlu aktar siġar.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Ministeru għall-Ambjent flimkien mal-Ministeru għall-Agrikoltura kienu jieħdu ħsieb diversi ġonna ma' Malta kollha, li mhux biss jitnaddfu iżda f'diversi każi kien isir fihom xogħol ta' restawr, riabilitazzjoni u tħawwil ta' siġar.

Francis Zammit Dimech appella lil kulħadd biex jieħu ħsieb is-siġar għaliex aktar ma jkollna siġar f'pajjiżna isbaħ ikun l-ambjent li fih ngħixu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow