Bejgħ minn Showrooms u Carboot Sales nhar ta’ Ħadd
Showrooms li huma liċenzjati biex ibiegħu bl-imnut, ma jistgħux jorganizzaw exhibitions jew fieri kummeċjali, jew b’xi mod ieħor jorganizzaw attività sabiex ikunu jistgħu jbiegħu nhar ta’ Ħadd. Għaldaqstant kull ftuħ ta’ negozju ta’ bejgħ bl-imnut li skond il-liġi ma jistax jiftaħ nhar ta’ Ħadd u fil-festi pubbliċi, jkun qed jikser il-liġi.
Dan igħodd ukoll għal negozji li qegħdin ibiegħu l-għamara jew l-antikitajiet. L-ebda negozju li diġà huwa liċenzjat biex ibiegħ bl-imnut, ma jista’ jiftaħ nhar ta’ Ħadd.
B’referenza għal attivitajiet ta’ Fieri Kummerċjali fi skejjel, irridu niġbdu l-attenzjoni li l-ebda fiera kummerċjali ma tista’ tkun organizzata kemm-il darba ma jintalabx permess mingħand it-Trade Licensing Unit, speċifikament għalhekk.
Qabel ma saru l-aħħar bidliet biex jiġu simplifikati l-ligijiet li kienu japplikaw f’dan il-kuntest, kien kważi impossibbli li tkun organizzata fiera kummerċjali. Illum, bl-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ, l-organizzazzjoni tal-fieri kummerċjali ġiet liberalizzata u faċli li wieħed japplika biex jorganizza fiera kummerċjali, skond ir-regolamenti kif maħruġa fl-istess Avviż Legali, li jirregola l-ħruġ tal-permessi ta’ dawn l-attivitajiet kummerċjali.
Skond il-liġi preżenti, u li għall-ewwel darba qed tirregola l-carboot sales, kemm nhar ta’ Ħadd kif ukoll matul il-ġimgħa, m’huwiex legalment possibbli li jkun organizzat carboot sale fuq art pubblika.
Carboot sales skond il-liġi, jistgħu jiġu organizzati biss fi grounds ta’ skejjel u proprjetà privata ohra, u bil-kundizzjonijiet kif stipulati mill-istess Avviż Legali li qed jirregola għall-ewwel darba dawn l-attivitajiet. Bil-liġi preżenti, għaqdiet filantropiċi jibqgħalhom l-opportunità li jorganizzaw attività ta’ fund raising b’ċertu kundizzjonijiet u dan sabiex ikun żgurat li carboot sale ma jitbiddilx f’suq miftuħ u jibqa’ il-post fejn persuna li jkollha affarijiet qodma xi tbiegħ tkun tista’ tbiegħhom mill-karozza privata tagħha. Infatti m’huwiex possibbli li persuna liċenzjata fin-negozju tbiegħ prodotti ġodda minn carboot sale.
Ta’ min ifakkar li kull min irid izid il-ħin tan-negozju tiegħu, jista’ faċilment japplika għal late night shopping fejn jagħżel ġurnata mill-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, u jkun jista’ jibqa’ jbiegħ sa l-10.00p.m.
L-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ jilliberalizza wkoll il-ħinijiet tan-negozju fil-festi tal-Milied u jippermetti li min ikun irid, mill-1 ta’ Diċembru sas-7 ta’ Jannar, ikun jista’ jibqa’ miftuħ sa l-10.00 p.m., inkluż il-Ħdud u l-festi pubbliċi.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928