STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI DWAR LAQGHA TA’ DJALOGU MAL-PUBBLIKU MILL-MINISTRU JOHN DALLI BI THEJJIJA GHALL-BUDGET
Din is-sena, il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli irrepeta d-djalogu mal-pubbliku fil-process ta’ preparazzjoni ghall-Budget.
F’laqgha miftuha ghal kulhadd, il-Ministru Dalli qal li "laqghat bhal dawn iservu mhux biss biex ninfurmaw direttament lin-nies dwar dak li qed naghmlu u dwar kif qed namministraw, imma biex nisimghu direttament minghandhom x’inhuma dawk l-issues li huma jaghtu importanza l-aktar, u kif dawn ghandhom jigu konfrontati."
Il-Ministru Dalli ghamel prezentazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-pajjiz. Huwa spjega kif id-dinja, kollha kemm hi, ghaddejja minn zmien difficli fejn l-ekonomiji kbar tad-dinja kollha kemm huma, jinsabu that pressjoni jekk mhux fi krizi.
"Ahna parti mid-dinja, u l-ekonomija miftuha taghna jkollha effett kbir minn dak li jigri madwarna", sostna l-Ministru Dalli.
"Ahna kburin li Malta zammet il-kolp anke f’dawn iz-zminijiet difficli," kompla jghid il-Ministru John Dalli, "u anke jekk ma kabbarniex ir-ritmu ekonomiku bhalma konna mdorrijin naghmlu qabel, lanqas ma nbramna mill-ghawg kbir li jdawwarna".
Hu sostna, li ghalkemm l-oppozizjoni tibqa’ tizra l-inkwiet u tpingi kollox iswed, tipprova tnessi minn x’hiex ghaddejja d-dinja. "Madankollu, meta l-Partit ta’ l-Oppozizzjoni kienu fil-gvern erba’ snin ilu, fi stat ta’ ewforija ekonomika madwar id-dinja, huma kkawzaw falliment kbir fil-pajjiz." Kompla jsostni John Dalli. "Ahna, anke f’dan iz-zmien iebes, komplejna nibnu pajjiz fuq strutturi godda u shah."
Il-Ministru Dalli emfasizza li fi zmien il-Gvern Socjalista ta’ erba’ snin ilu, il-qaghad kien hafna akbar milli hu llum, kien hemm hafna nies anqas jahdmu, u l-pagi kienu hafna aktar baxxi.
Huwa kompla li l-finanzi tal-pajjiz, fi zmien il-Gvern Socjalista ta’ erba’ snin ilu, kienu f’dizastru. Id-deficit tela’ ghal Lm150 miljun jew 12% tal-gid nazzjonali, waqt li ebda Gvern qatt ma ssellef daqs kemm issellef Gvern Socjalista kemm dam fil-Gvern fl-1997 u fl-1998. Il-Ministru tal-Finanzi tenna li fil-fatt, minhabba li Gvern prezenti naqqas d-deficit u minhabba li kompla bil-privatizazzjoni, iz-zieda fid-dejn giet imrazzna.
Il-Ministru Dalli tkaza bil-kampanja tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni dwar it-taxxi.
"Qisu l-Gvern Socjalista li kellna erba’ snin ilu m’ghamilx taxxi", qal John Dalli. "Il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni ma jghidux li l-Gvern qed idahhal aktar mit-taxxi mhux ghax qieghed jintaxxa aktar, imma ghax zied bil-kbir l-efficjenza fil-gbir tat-taxxa, u dawk li ma kienux ihallsu, issa bdew ihallsu."
"Dan iriduh jew le ?," sfida l-Ministru Dalli, "jew se jaghmlu bhal fl-1996 u jaghtu x’jifhem lil dawk li jirrezistu li jhallsu t-taxxa li jekk jitilghu huma jhalluhom jaghmlu li jridu ?".
Il-Ministru Dalli temm billi qal li f’dawn l-ahhar erba’ snin, Malta kellha Gvern ghaqli li gharaf jibbilancja l-bzonn li nnaqsu d-deficit mal-htiega li nkomplu ninvestu f’pajjizna u ntellghu il-kwalita ta’ hajja ta’ kulhadd.
"Dan jipprepara lil pajjizna biex ikun membru qawwi u relevanti tal-Unjoni Ewropea, fejn se jkollna l-opportunita’ kollha nzidu r-ritmu, li bih noholqu l-gid, insahhu l-istrutturi socjali u nizviluppaw ir-rizors uman taghna, biex ahna u wliedna naccertaw il-futur".
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928