ATTIVITÀ TA’ TINDIF F’ HAL FAR U GHAR HASAN FL-OKKAZJONI TAL-KAMPANJA CLEAN UP THE WORLD
In-numru ta’ partecipanti li ser jaghtu sehemhom fi "Clean Up the World" din is-sena huwa ta’ 111, li minnhom 45 huma Kunsilli Lokali. B’madwar 5,000 partecipant dan huwa record assolut ta’ partecipazzjoni f’din il-kampanja dinjija mmirata biex tqajjem kuxjenza favur l-ambjent permezz ta’ partecipazzjoni pubblika. Dan habbru s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ippjanar u l-Ambjent, il-perit George Pullicino, f’zjara li ghamel, flimkien mal-Ministru ghar-Rizorsi u Infrastruttura Francis Zammit Dimech, waqt attività ta’ tindif f’Hal Far u Ghar Hasan.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-attivitajiet organizzati f’din il-kampanja, li issa ilha tigi organizzata ghal ghaxar snin shah, huma varji. Tul dawn it-tlett ijiem ser ikun hemm tindif ta’ barrieri mitluqa, ta’ qiegh il-bahar ta’ swar, gherien u cart-ruts. Attivitajiet ohra ser ikunu dawk ta’ thawwil ta’ sigar u bini ta’ hitan tas-sejjieh. Anki it-tfal, bhal snin ohra huma attivi hafna permezz ta’ ghaqdiet volontarji bhal scouts u girl guides.
"L-idejal", kompla l-Perit Pullicino, "huwa li ma jkunx hemm il-htiega ta’ kampanji bhal dawn izda sfortunatament ghad hawn min ma jqisx lil Malta bhala d-dar tieghu u ghadu
jhammeg. Hawn min ghadu jahseb li daru hija sa wara l-bieb ta’ barra ghax imbaghad hemm jista’ jhammeg kemm irid. Din mhux xi haga ta’ pajjizna biss, l-attivitajiet ta’ Clean Up the World isiru f’120 pajjiz differenti tad-dinja.
U l-ghan ahhari ta’ kampanji bhal dawn huwa li jqajjem kuxjenza biex nibdew inqisu Malta kollha, il-kampanja, il-widien, ix-xtut u l-ibhra bhala d-dar taghna kollha. Hu proprju ghalhekk li niehu gost nara partecipazzjoni qawwija f’dawn l-attivitajiet ghax naf li hawn 5,000 persuna li zgur mhux ser ihammgu ghax ma jkunx jaghmel sens li dawn ihammgu imbaghad jiehdu sehem f’kampanjii bhal dawn".
Il-perit George Pullicino qal li mbaghad hemm min ma jridx jitghallem u allura hawn hemm bzonn id-dixxiplina. Ma jistax ikun li l-Gvern jonfoq il-miljuni biex inaddaf imbaghad ikun hawn min kapriccozament ihammeg. Il-Gvern qed jiehu din il-problema bis-serjetà u ser juza anki t-teknologij biex jaqta’ l-abbuzi. Fil-fatt fi ftit gimghat ohra ser jitwahhlu cameras f’postijiet fejn hu maghruf li jsir rimi ta’ skart biex il-hatjin jinqabdu.
Is-Segretarju Parlamentari ghalaq billi iringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod taw sehemhom biex din il-kampanja tkun success, fosthom lill-isponsors li minghajrhom kampanji bhal dawn ma jkunux jistghu jigu organizzati. Is-Segretarju Parlamentari habbar li dawk kollha li ippartecipaw ser jircievu certifikat ta’ partecipazzjoni u ser jinghataw tlett premjijiet ghall-ahjar tlett attivitajiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928