Użu sostanzjali tal-Kumpless Sportiv fl-Universita’
"Il-fatt li għandna tlett Leagues Nazzjonali ta’ tlett dixxiplini diversi li qed jintlagħbu fil-Padiljun ta’ Universita’ juri kemm din il-facilita’ kienet waħda bżonnjuża.”
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ Edukazzjoni, responsabbli mill-iSport, l-Onor. Jesmond Mugliett qal dan meta kien qed jindirizza laqgħa organiżżata mill-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) fil-Padiljun ta’ l-iSport ta’ l-Universita’.
Hu qal li l-Malta Badminton Association, il-Malta Handball Association, u l-Malta Table Tennis Association, qegħdin jagħmlu użu mill-Padiljun tal-Universita’ bħala l-post fejn isiru l-logħob tal-Leagues Nazzjonali rispettivi.
"Barra minn hekk, fi ftit ġimgħat, l-istess Padiljun se jibda jintuża mit-teams Nazzjonali tal-Basketball bħala post centrali għat-taħriġ“, kompla jgħid il-Perit Mugliett.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dan kien possibbli għaliex dawn l-Assocazzjonijiet qed jingħataw kundizzjonijiet ssussidjati u favorevoli ħafna sabiex jagħmlu użu minn dawn il-facilitajiet.
Hu sostna li l-użu tal-facilitajiet sportivi fl-Universita’, specjalment il-Padiljun il-ġdid huwa diġa wieħed tajjeb ħafna, fejn bejn sessjonijiet ta’ taħriġ, logħob tal-kampjonati differenti u l-użu minn studenti universitarji qiegħed isir użu ta’ kuljum f’kull ħin tal-ġurnata.
"Dan minbarra d-diversi attivitajiet internazzjonali bħat-tournament internazzjonali tal-Handball li se jsir ix-xahar id-dieħel, u t-tournament internazzjonali tat-Table Tennis, li se jsir kmieni s-sena d-dieħla; kif ukoll il-‘Malta Open Dance Spectacular’ li se jsir f’Dicembru u l-‘Malta Dance Sports’ li se jsir f’April li ġej," temm jgħid il-Perit Mugliett.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928