Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT JITKELLEM FUQ IL-BZONN TA' RESTAWR URGENTI GHALL-FORTI SANT’IERMU

PR1470
Date Icon 24/10/2002

"Hu ta' umiljazzjoni, kemm ghall-poplu Malti kif ukoll ghall-generazzjonijiet futuri, li ghadha ma nstabietx il-forza ta' volontà sabiex dan il-Forti ma jibqax fi stat ta' telqa u abbandun" - Il-President Guido de Marco

Il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco dalghodu laqa' fil-Palazz, Valletta, lil ex-membri tat-3/11 Regiment Royal Malta Artillery (RMA) fl-okkazjoni tat-30 Anniversarju mit-twaqqif ta' l-istess Assocjazzjoni.

F'kelmtejn ta' l-okkazjoni, is-Sur Walter Debattista, President ta' l-Assocjazzjoni, qal li l-membri ghandhom haj is-sentiment li, kemm fi zminijiet ta' gwerra kif ukoll f'dawk ta' paci, wettqu bis-shih id-doveri militari taghhom lejn il-Pajjiz.

Is-Sur Debattista, filwaqt li ghamel referenza ghall-postijiet storici li jiffurmaw parti importanti u integrali mill-istorja ta' Malta, u li llum waqghu taht "il-mannara tal-vandalizmu," appella lill-President de Marco, sabiex juza l-influwenza kollha tieghu bhala Kap ta' l-iStat, bil-ghan li parti kbira mill-Forti Sant’Iermu jigi restawrat.

Il-President Guido de Marco qal li din l-Assocjazzjoni ma tirraprezentax passat li ntemm, izda tradizzjoni li ghadha hajja sa llum. F'dan il-kuntest, qal il-President, l-Assocjazzjoni ma tistax tispicca, ghaliex fiha hemm is-sentiment ta' Maltin li taw servizz lill-Pajjiz.

Fid-dawl tad-diskors tas-Sur Debattista, fuq l-istat prezenti tal-Forti Sant’Iermu, il-President qal li, "l-Forti Sant’Iermu huwa art sagra ghal pajjizna. Hemmhekk," qal il-President, "taw hajjithom il-Maltin u l-Kavallieri fl-iktar mumenti storici tal-pajjiz."

Il-President qal li bit-twaqqif tal-Akkademja tal-Pulizija, kienet sostanzjalment salvata n-naha ta' Upper Elmo. Minkejja dan, il-kumplament tal-Forti, li jirrapprezenta gawhra ta' storja u arkitettura militari, illum jinsab fi stat umiljanti. Il-Prof. de Marco issottolinea li hu ta' umiljazzjoni, kemm ghall-poplu Malti, kif ukoll ghall-generazzjonijiet futuri, li ghadha ma nstabitx il-forza ta' volontà sabiex dan il-Forti ma jibqax fi stat ta' telqa u abbandun.

Il-Prof. Guido de Marco qal li bhala President ta' Malta, jinsab fid-dover li jkompli jqajjem kuxjenza nazzjonali. "President jitkellem f'isem il-poplu u permezz ta’ l-okkazjoni ta' llum qieghed inwassal u naghti vuci lil sentiment komuni tal-Maltin."

Fi tmien il-laqgha, Il-President de Marco, kien ukoll ipprezentat b'donazzjoni b'risq il-Malta Community Chest Fund. Huwa tkellem fuq il-bzonn li dan is-senduq nazzjonali jkompli jigbor, kemm permezz tal-hidma mill-voluntiera tal-fond stess, kif ukoll bil-generozità tal-poplu Malti, aktar donazzjonijiet sabiex ikun f'pozizzjoni li jilhaq lil hafna iktar individwi u socjetajiet filantropici fil-bzonn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow