Left arrow Mur Lura

Donazzjoni ta’ Truck għall-użu mill-Ministeru għal Għawdex

PR1467
Date Icon 23/10/2002

Soċjeta’ ambjentali mhux governattiva, mill-belt ta’ Minden, il-Ġermanja, li ġġib l-isem ta’ F.E.E., il-bierah għamlet għotja ta’ truck lill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, biex jintuża fuq xogħol ta’ taħwil u manutenzjoni ta’ siġar pubbliċi.

Dan it-truck rikondizzjonat, li nsaq mill-Ġerman sa Catania minn żewġ membri nfushom, mhux l-ewwel għotja li din l-għaqda għamlet lil pajjiżna. Matul dawn l-aħħar 11-il sena, huma għamlu għotjiet ta’ żewġ fire-engines, vann, makkinarji għat-taħlit u t-tħaffir tal-ħamrija u għajnuniet oħra lid-dipartiment ta’ l-Agrikoltura għall-proġett ta’ taħwil ta’ siġar f’Għar Lapsi u tnissil ta’ pjanti f’Malta.

Dawn l-għotjiet seħħew permezz tal-koperazzjoni u kuntatti tajbin li l-President tas-Soċjeta’ Ġermaniża, is-Sur Burkart Schulte, u l-kumitat tiegħu għandhom mal-president Joseph Borg u l-kumitat tas-soċjetà Maltija tas-siġar, International Tree Federation.

Kull sena, grupp ta’ nies, studenti jew baned mill-belt ta’ Minden iqattgħu btala f’Malta. Din is-sena, dan il-grupp għażel lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow