IL-PRIM MINISTRU FI ŻJARA UFFIĊJALI FL-ITALJA
Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar, ser iħalli Malta għal żjara uffiċjali fl-Italja, fejn ser ikollu laqgħa u taħdidiet mal-Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi. F'din il-laqgħa, mistennija jiġu diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll il-progress ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru ser ikollu wkoll laqgħa mal-President ta' l-Italja, Carlo Azeglio Ciampi.
Waqt din iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru ser jiltaqa' wkoll mal-President tas-Senat Taljan, Marcello Pera, mal-President tal-Kamra tad-Deputati, Pier Ferdinando Casini, kif ukoll mas-Sindku ta' Ruma, Walter Veltroni. Il-Prim Ministru ser jiltaqa' wkoll ma' grupp ta' industrijalisti mill-belt ta' Ruma.
Il-Prim Ministru ser jingħaqad mal-komunità Maltija ta' Ruma, waqt Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Pawl.
Il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg; miċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana; id-Direttur ta' l-Affarijiet Bilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Cecilia Attard Pirotta u d-Direttur International Financing fil-Ministeru tal-Finanzi, Edward Coleiro.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar l-Erbgħa, 13 ta' Frar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN