TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’ - ATTARD
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ ta’ Attard minn nhar il-Ġimgħa 1 sa nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru, 2002. Ma jsirx tiġdid fil-Ħdud 3 u 10 ta’ Novembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Attard fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.
It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern ‘Tumas Dingli’, Triq Hal Warda. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Attard. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928