Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. DR MICHAEL REFALO, MINISTRU TAT-TURIZMU, DWAR IL-PROGETT TA’ TISHIH TAL-BAJJA TA’ SAN GORG

PR144
Date Icon 07/02/2002

It-Turizmu jfisser kwart mill-ekonomija taghna. Jekk nghoddu kemm it-turizmu johloq impjiegi, sew direttament u indirettament, kif ukoll b’rizultat tat-tkattir ta’ impjiegi f’oqsma ohra, johrog li wiehed minn kull tlieta li jahdmu bi qligh jafu l-impjieg taghhom lit-turizmu.

Id-dhul mit-turizmu jfisser mal-20% tad-dhul kollu tal-Gvern u madwar Lm300 miljun fi flus barranin. Malta qeghda fit-turizmu principalment ghall-qligh u ghall-impjiegi li johloq. Kieku kellna attivita’ ekonomika ohra, li tohloq daqshekk impjiegi u gid, ma kienx ikollna bzonn it-turizmu.

F’dak il-kaz kien ikollna hafna inqas zvilupp, hafna inqas skart, bzonn ta’ hafna inqas ilma, energija, u investiment fl-infrastruttura; u forsi arja ahjar, bahar aktar nadif, inqas tniggis. Izda darba niddependu daqshekk mit-turizmu, irridu nizguraw li din l-industrija tkompli thaddem lill-Maltin u tkompli tkattar il-gid fost il-Maltin, ma’ kull rih ta’ Malta u Ghawdex, u tkompli titma lil kulhadd.

Allura rridu dejjem nizguraw li dak li ghandna sabih u uniku jinzamm fi stat tajjeb, nadif u mhares. Irridu dejjem inzommu quddiem ghajnejna u naghrfu liema huma l-isbah u l-ahjar pregji taghna biex inharsuhom u nsahhuhom. U fl-istess hin m’ghandniex nibzghu naghmlu awto-kritika biex hekk naghrfu d-difetti u n-nuqqasijiet taghna u naraw kif nistghu nsewwuhom, nirrangawhom u neliminawhom.

Izda mhux id-difetti u n-nuqqasijiet kollha huma tort taghna. Id-daqs ta’ Malta mhux tort taghna. Li m’ghandniex xmajjar u art miksija bis-sigar mhux tort taghna. U li m’ghandniex xtajtiet ramlin ta’ certu kobor mhuwiex tort taghna.

Izda tort taghna, sew ghax ma hsibniex bizzejjed, sew ghax m’gharafniex l-effett negattiv li wettaqna certu xoghol li ghal mument qisnieh tajjeb izda minflok fit-tul irrizulta ta’ deni.

Hu ghalhekk li qeghdin hawn illum. Biex id-deni li wettaqna fl-imghoddi, anki minghajr ebda intenzjoni, inregghuh lura. Biex in-nuqqasijiet taghna nippruvaw nirrangawhom. Jekk jirnexxielna naghmlu dan inkunu qed intejbu l-prodott u naghmlu minn Malta destinazzjoni turistika ftit ahjar.

X’inhu dak li l-Ministeru tieghi qed jipproponi ghall-bajja ta’ San Gorg?

Qed iressaq progett pilota li jekk jirnexxi, kif nixtiquh li jirnexxi, inkunu nistghu nirrepetuh fi bnadi ohra biex b’hekk inwessghu u ntejbu l-offerta taghna ta’ xtut ramlin, aspett li bhalissa tant hu nieqas mill-offerta tas-sajf taghna li lanqas insemmuh u wisq inqas nikkompetu f’dan il-qasam.

Min bhali, jiftakar il-Bajja ta’ San Gorg mal-50 sena ilu, jiftakarha mifruxa matul ix-xatt u wiesgha aktar. Dak iz-zmien flok bini u toroq kellna l-widien li jitimghu l-Bajja. Illum baqa’ biss zewg irqajja ramel fil-kantunieri tal-Bajja ghax bil-bini, bl-erozjoni u t-tisbit u l-moviment tal-mewg kontra n-naha tat-triq li giet furmata, ir-ramel naqas u hareg `il barra.

Dan il-progett bdejt nahseb dwaru mat-12-il sena ilu. Niftakar li minn dak iz-zmien `l hawn gibna esperti Olandizi, konsulenti Francizi, professuri mill-Universita’ ta’ Bologna u dawn kollha qablu li jista’ jsir intervent biex nergghu naghtu hajja lil din ir-ramla. Izda qatt ma nghata prijorita’ ghall-progett u wisq inqas flus biex isiru l-istudji mehtiega. Meta fl-ahhar ta ‘l-1998, ergajt gejt fdat bit-tmexxija ta’ l-industrija mill-ewwel ridt li l-Ministeru jibda jahdem fuq dan il-progett. Tlabna lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar tipprepara brief u terms of reference.

Ksibna flus fil-Budget biex ikunu jistghu jsiru l-istudji. Hrigna sejha ghall-offerti biex isir Environment Impact Assessment. Issa ghandna f’idejna rapport li gie approvat sew mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar kif ukoll mid-Direttorat ta’ l-Ambjent.

Qeghdin hawn illum biex nikkonsultaw lill-poplu dwaru. Nikkonsultaw lill-poplu interessat ghax imdahhal fl-industrija tat-turizmu, lill-poplu interessat ghax residenti f’dawn l-inhawi, lill-poplu interessat biex qabel ma jsir pass iehor nizguraw li ma nirripetux l-izbalji ta’ l-imghoddi, u li dak li naghmlu jservina ta’ gid u mhux ta’ deni. Fil-qosor il-hsieb hu li t-triq quddiem Villa Rosa, titwessha, li jigi furmat buffer zone ta’ xi hames metri u li l-bajja tohrog b’25 metru ramel. Dwar dan jispjegawlkom ahjar l-esperti.

Kull ma rrid inzid hu li gej:-

L-ewwel, dan mhuwiex progett izolat. Jifforma parti minn progett akbar ta’ tishih u tisbih taz-zona ta’ Paceville li dwaru il-Ministeru tieghi qed jahdem flimkien mal-Ministeru ta’ l-Ambjent u ovvjament l-Awtoritajiet kollha li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-ippjanar.

It-tieni: dan hu progett li saret riferenza specifika ghalih fid-diskors tal-Budget fejn gie indikat li jista’ jigi mhaddem il-kuncett ta’ private public partnership.

Fil-fehma tieghi dan hu progett ta’ fejda, progett li hdimnieh b’reqqa u hsieb, izda qeghdin hawn mhux biex nimponu l-fehmiet taghna izda biex issir spjega shiha dwaru u l-fehmiet nisimghu taghkom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow