Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa jipprezenta Rapport ta’ Konferenzi dwar l-Ugwaljanza lill-Ministru ghall-Politika Socjali
F’laqgha li delegazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa maghmula mill-President Grace Attard, is-Segretarja Generali Doris Bingley u il-Vici-President, u Dr Mercedes Schembri Wismayer, kellha mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Politika Socjali, Dr Laurence Gonzi gie ipprezentat rapport ta’ konferenzi dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel li fihom ippartecipaw rapprezentanti tal-Kunsill f’dawn l-ahhar xhur.
Il-konferenzi gew organizzati f’Berlin, Leipzig, Copenhagen u Helsinki u kienu jittrattaw diversi aspetti tal-legislazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja u l-implimentazzjoni f’oqsma bhal policiesu programmi ta’ ugwaljanza, gender mainstreaming, fastidju sesswali, skemi ta’ kif jgi ikklassifikat ix-xoghol (job evaluation systems) u traffikar tan-nisa u t-tfal ghal skopijiet ta’ prostituzzjoni.
Il-Kunsill ipprezenta wkoll studji ta’ proceduri ghat-twettieq fil-prattika tal-principju ta’ paga indaqs ghal xoghol ta’ l-istess valur, (equal pay for work of equal value), principju li jolqot sew lin-nisa kif ukoll l-irgiel.
Gie diskuss ukoll il-fastidju sesswali li illum huwa att kriminali. Il-Ministru Gonzi spjega kif il-ligi ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel li dalwaqt titressaq quddiem il-Parlament tipprovdi ghat-twaqqif ta’ Kummisjoni li toffri servizzi barra mill-Qorti fejn hu mehtieg u b’hekk tghin aktar lill-vittmi ta’ dan l-abbuz li jfittxu protezzjoni jew kumpens. Ir-rwol tal-Kummissjoni ikun ukoll li tassigura li l-proceduri ta’ ugwaljanza qeghdin jitwettqu.
‘L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel m’ghandiex tigi ittrattata fil-qasam tax-xoghol u tal-politika socjali biss, imma ghandha tkun integrata fil-policies kollha,’ tenna l-Ministru Gonzi. L-ugwaljanza verament issehh permezz ta’ azzjoni pozittiva. Il-Kunsill Nazzjonali jemmen li l-principju ta’ l-ugwaljanza ghandu jkun estiz fl-oqsma kollha – socjali, ekonomici u legali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928