STQARRIJA MILL-BORD GHALL-GHOTJIET TAL-MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI DWAR IL-ĦRUĠ TA’ SMART CARDS LILL-ISTUDENTI
Il-Bord għall-Għotjiet tal-Manteniment lill-Istudenti jixtieq iserrah ras l-istudenti kollha fil-livell Universitarji u Post Sekondarju, u li ghandhom dritt għall-iSmart Card, li l-Bord m’għandux "cards" pendenti, u jekk hemm fosthom li għad m’għandhomx il-"card", dan ġara għaliex l-istituzzjonijiet edukattivi li qegħdin fihom għadhom m’għaddewx l-informazzjoni meħtieġa.
L-istess jista’ jingħad għal dawk l-istudenti mit-tieni sena ’l fuq, li skond l-ghaqda "Pulse", ma ġġeddilhomx il-kreditu tagħhom fuq il-card. L-istudenti li diġa’ kellhom l-iSmart Card għandhom ikunu jafu li l-flus li suppost jieħdu fil-bidu tas-sena, tpoġġewlhom awtomatikament fil-Card, mill-bidu tas-sena akkademika.
L-Ghaqda “Pulse” taf li ghal dak li jirrigwarda studenti fl-ewwel sena, dawn għadhom qed ikunu aċċettati sal-lum stess, kemm minħabba li kienu qed jistennew riżultati tar-“re-sits” tal-MATSEC, kif ukoll għaliex istituzzjonijiet bħal MCAST, qed jagħtu ċans lil aktar studenti biex jissieħbu fil-korsijiet tiegħu.
Ta’ min ifakkar li l-proċess biex l-istudenti jingħataw l-Għotjiet tal-Manteniment, li jinvolvi nefqa ta’ aktar minn Lm8 miljun minn flus il-poplu, mifruxa fuq aktar minn 11,000 student, hu wieħed li jirrikjedi verifiki serji, li jsiru b’serjeta’ kbira minn impjegati dedikati fl-Universita’ u fil-Junior College.
Il-Bord, filwaqt li jassigura lill-istudenti kollha, li jibqa’ jagħmel minn kollox biex l-affarijiet isiru bis-serjeta’ u fl-istess ħin bl-aktar ħeffa possibbli, jistieden lil ghaqda "Pulse" biex meta jkollha xi diffikulta’ jew jaslula xi rapporti, jivverifika maċ-Chairman tal-Bord, li hu dejjem lest jagħti l-ispjegazzjonijiet kollha li jkun hemm bżonn, qabel johorgu jagħmlu stqarrijiet li jistgħu jservu ta’ aktar ħsara milli ġid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928