STQARRIJA MILL-MINISTERU TAT-TRASPORT U KOMUNKAZZJONI
PR143
07/02/2002
B’riferenza ghal l-protesta pubblika li saret fi Triq tax-Xemx u l-Qamar fil-Fgura, il-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni jixtieq jikkjarifika li din it-triq ghadha ma gietx asfaltata, ghax hemm hafna zvilupp li ghad irid isir u hemm partijiet fejn il-privat ghadu ma fetahx it-triq.
Dwar it-toroq tal-Fgura, ta’ min ifakkar illi fl-ahhar tliet snin id-Dipartiment tat-Toroq wettaq ammont sostanzjali ta’ xoghol.
Minbarra asfaltar fi Triq il-Koppla u Triq il-Veleran, sar xoghol ukoll f’partijiet minn Triq San Gwann, Triq l-Iskola, Triq Scicluna u Triq Dejma.
Fuq kollox, illum kulhadd jaf li minkejja d-diffikultajiet kollha, bhalissa ghaddej xoghol estensiv ta’ rikostruzzjoni fi Triq Hompesch.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN