Diskors tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-onor. George Pullicino, meta nieda l-kampanja Clean up the World
Ghal dawn l-ahhar disa’ snin Clean Up the World, organizzata taht l-awspicji tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti stabbiliet ruhha bhala wahda mill-ikbar progetti fid-dinja, bbazati fuq il-partecipazzjoni popolari.
Din is-sena jahbat l-ghaxar anniversarju minn meta Ian Kiernan, Awstraljan li kien qed ibahhar fuq id-daghjsa tieghu, ra l-hsara kbira li kienet qed issir lill-ambjent marittimu u iddecieda li jaghmel xi haga. Lura pajjizu Kiernan beda jorganizza attivitajiet ta’ tindif fix-xtajtiet ta’ Sydney, li malajr xterdu ma’ l-Awstralja kollha fil-programm Clean Up Australia. Inkoraggit bis-success tal-kampanja, Kiernan, flimkien ma’ grupp zghir ta’ nies iddecidew li jwessghu l-inizjattiva ghad-dinja kollha.
U minn attivita ta’ bniedem wiehed, Clean Up the World kibret u saret attivita’ li fiha kull sena jippartecipaw madwar 40 miljun ruh minn 120 pajjiz differenti tad-dinja.
Il-kampanja rnexxielha timmobilizza miljuni kbar ta’ nies f’komunitajiet differenti madwar id-dinja, li ghandhom ghan komuni – li jahdmu flimkien biex ittejbu l-ambjent. Kull azzjoni, anki individwali, taffettwa l-ambjent globali sew posittivament u anke sfortunatament b’mod negattiv; u kien ghalhekk li l-organizzaturi din is-sena ghazlu t-tema "Il-Komunita’ Tieghek. Id-Dinja Taghna".
Din l-inizjattiva annwali issa qed tattira diversita’ kbira ta’ pajjizi u kulturi; u l-attivitajiet saru jvarjaw minn tindif ta’ postijiet pubblici ghal kampanji edukattivi, minn kuncerti b’tema ambjentali sa esibizzjonijiet, minn thawwil ta’ sigar sa progetti ta’ riciklagg. Clean Up the World tenfasizza l-importanza ghas-sostenibbilita’ billi tinkoraggixxi strategija ta’ riciklagg, uzu mill-gdid ta’ skart u t-tnaqqis tal-generazzjoni ta’ l-iskart.
Malta kienet mill-ewwel pajjizi li ppartecipaw f’din il-kampanja b’eluf ta’ nies jippartecipaw kull sena.
Din is-sena l-attivitajiet ser ikunu organizzati bejn il-25 u s-27 ta’ Ottubru, bi shab bejn il-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, permezz ta’ l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Ministeru tar-Risorsi u Infrastruttura li bhal dejjem ser joffri l-ghajnuna f’self ta’ ghodod u makkinarju.
Il-partecipazzjoni f’din il-kampanja dejjem kienet inkorragganti u hu ttamat li anki din is-sena l-partecipazzjoni tkun wahda tajba. S’issa diga kkonfermaw li ser jippartepicaw madwar 65 organizazzjoni fosthom Kunsilli Lokali, ghaqdiet volontarji u ambjentali, dipartimenti tal-Gvern, agenziji parastatali u industriji. Hu mistenni li dan in-numru mistenni jkompli jikber fil-granet li gejjin.
Kif semmejt qabel ser tinghata ghajnuna f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ ghodod, ingwanti, boroz ghall-iskart u kiri ta’ skips. Dan ma kienx ikun possibbli minghajr l-ghajnuna finanzjarja ta’ ghadd ta’ kumpaniji li hassew li kellhom jaghtu kontribut ghal din il-kampanja. Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom. Din is-sena ser jinghata certifikat ta’ partecipazzjoni lil dawk kollha li jiehdu sehem u ser jinghataw premjijiet ghall-ikbar sforz fi tlett kategoriji – kunsilli lokali, industrija u ghaqdiet volontarji.
Sabiex jitnaddfu postijiet, l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tonfoq madwar Lm 100,000 fis-sena. Tnaddfu diversi siti fejn intefa’ terrapien fil-kampanja, fosthom f’Delimara, Qrendi u l-Bahrija. F’dan l-ahhar sena u nofs tnehhew 16-il scrapyard minn Malta u 8 minn Ghawdex, process li ghadu ghaddej u li qabel ma kontx tisma’ fuqu.
Nixtieq nappella ghal responsabbilita` civika minghand kull cittadin. Huwa mportanti illi wiehed, meta jara tfiegh ta’ terrapien, jirraporta mill-ewwel lill-Awtorita` u lill-kunsill lokali halli tittiehed azzjoni. Irridu nwaqqfu t-tfiegh ta’ terrapien u mhux nigbruh biss.
L-ghan ahhari ta’ Clean Up the World huwa li tigbor nies minn madwar id-dinja f’attivitajiet semplici li jtejjbu l-ambjent lokali taghhom u tohloq kuxjenza fi gvernijiet, industriji u komunitajiet dwar issues ambjentali lokali partikolarment it-tnaqqis ta’ l-iskart, ir-riciklagg u l-immaniggjar ta’ l-iskart.
Naghlaq billi nappella biex iktar kunsilli, ghaqdiet u industriji jiehdu sehem f’din il-kampanja. Sforz zghir minn hafna jista’ jhalli effett kbir fuq l-ambjent ta’ pajjizna. Dawk kollha li jixtiequ iktar informazzjoni ghandhom icemplu fuq telefon 21 240 976.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928