Diskors mill-Onor. Prof. Josef Bonnici, Ministru ghas-Servizzi Ekonomici waqt il-Konferenza Annwali tal-Kamra tal-Kummerc: "Pajjiz Aktar Efficjenti F’Dinja Dejem Tinbidel" - 15 T’Ottubru, 2002 – san giljan
Is-suggett maghzul mill-Kamra tal-Kummerc ghal din il-konferenza, jigifieri ‘Pajjiz aktar efficjenti - F’dinja dejjem tinbidel’ jinstema mhux biss bhala tema ghal diskussjoni izda ukoll bhal appell ghall-azzjoni. U hekk ghandu jkun!
Ghaliex id-dinja madwarna mhux biss qed tkompli tinbidel, izda qeghda ukoll tinbidel b’rata dejjem iktar mghaggla. Jehtieg li ahna nzommu il-pass ma dawn il-bidliet billi ngharfu naggornaw ruhna hekk kif mehtieg. U meta nghid ahna, qed nitkellem globalment bhala pajjiz fejn huwa importanti mhux biss is-sehem tal-Gvern izda ukoll dak tal-partijiet socjali l-ohra kollha u, finalment, ta’ kull individwu bhala parti mis-socjeta’ Maltija.
Id-dinja qeghda tinbidel kontinwament u dan il-process ta’ bidla ser jiehu zvolta gdida u determinanti ftit iktar minn sena ohra, meta l-Unjoni Ewropeja ser tiftah il-bibien taghha ghal membri godda.
Naturalment, kif kulhadd fostkom jaf, il-Gvern huwa konvint mill-beneficji ghall-pajjizna li nkunu parti minn dan it-tkabbir kif ukoll konxju mir-riskji li kieku kellna nibqghu barra. Nidhlu jew ma nidhlux fl-Unjoni Ewropeja, mis-sena elfejn u erbgha (2004) ser ikollna niffaccaw realta’ gdida fil-forma ta’ Unjoni Ewropeja b’numru hafna ikbar ta’ membri u b’suq globali ta’ kwazi hames mitt miljun ruh. Ma nistghux nippretendu li dan mhux ser jaffettwana jew nisthajlu li nistghu nimmaginaw il-futur bhala semplici estensjoni tal-prezent.
Dan mhux qed nghidu biex innaqqas mill-mertu ta’ dak li rnexxielna nakkwistaw ghalina tul is-snin li ghaddew. Ilum pajjizna jgawdi minn livell ta’ ghixien ferm accettabli, anzi bil-bosta iktar gholi minn dak ta’ hafna mill-girien taghna fin-nofs in-nhar tal-Mediterran. Izda xorta il-Prodott Gross Domestiku, ras b’ras, f’Malta huwa biss in-nofs tal-medja attwali fil-Unjoni Ewropea. U, li kieku kellna nassumu ghas-snin li gejjin, kemm ghal Malta kif ukoll ghall-Unjoni Ewropea l-istess rata ta’ tkabbir ekonomiku registrata rispettivament tul dawn l-ahhar hames snin, insibu li jridu jghaddu mhux inqas minn hamsa u sebghin sena biex pajjizna jilhaq il-medja tal-hmistax il-pajjiz attwalment membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jien dejjem sostnejt li dan it-tul ta’ zmien daqshekk estiz mhux accettabli bhala mira ghal gejjieni ta’ pajjizna. Mhux bizzejjed li nharsu iktar lejn evoluzzjoni gradwali ta’ l-ekonomija taghna izda jehtigielna nfittxu zvolta determinanti li twassalna biex nghamlu l-qabza ’l quddiem li nixtiequ. Fil-fehma tal-Gvern, din l-accelerazzjoni f’daqqa il-quddiem nistghu naslu ghaliha biss permezz ta’ shubija fil-Unjoni Ewropea.
Naturalment jibqa’ l-bzonn ta’ diversi mizuri, li fil-fatt diga’ qed niehdu u li rridu nkomplu niehdu, sabiex inkunu fl-ahjar pozizzjoni possibli li nisfruttaw kif jixraq din l-opportunita’ kbira li qed naraw tinfetah quddiemna. Mizuri biex insahhu l-istituzzjonijiet taghna; inizjattivi biex l-operat tal-Gvern ikun iktar efficjenti u iktar effettiv.
Fost dawn il-mizuri, bhala parti krucjali minn dak li bl-Ingliz isejhulu ‘capacity building’, ftit tal-granet ilhu kelli l-opportunita’ inhabbar il-holqien tal-Malta Enterprise. Kif diga’ gie spjegat, din l-agenzija gdida li ser tigbor fiha l-funzjonijiet li fil-prezent ikopruhom l-MDC, il-METCO u l-IPSE. Dan qed nghamluh mhux biss biex niffrankaw xi duplikazjoni li fil-prezent tista’ tezisti fl-operat ta’ dawn it-tlett agenziji, izda biex dawn il-funzjonijiet nghaqduhom b’mod iktar integrat u, ghaldaqstant ukoll b’mod iktar effettiv.
Irridu agenzija dinamika fejn l-attitudni ghanda tkun wahda posittiva li tiffoka fuq dak li jista’ u ghandu jsir halli jinstabu is-soluzzjonijiet mehtiega li jippermettulna nimxu ’il quddiem, hekk kif nixtiequ. Nixtiequ agenzija fejn jispikka dak li b’l-Ingliz jghidulu il- ‘can do approach’; agenzija li tkun ta’ ezempju u ta’ xprun ghall-kumpaniji Maltin u barranin li jfittxu is-servizz taghha.
Ghal dan il-ghan, ilna zmien nahsbu fuq din il-bidla u ppreparajna ruhna bl-akbar reqqa. Fost affarijiet l-ohra, ghamilna stharrig estensiv fost il-klijenti prezenti tat-tlett agenziji sabiex stabilxxejna in-nuqqasijiet attwali. Imbghad studjajna soluzzjonijiet li gew, jew qed jigu, implimentati f’pajjizi ohra bhal, nghidu ahna, l-Irlanda. F’l-ahhar nett, hloqna team zghir ta’ esperti kwalifikati li qed jiggwidawna fil-holqien ta’ din l-agenzija gdieda. Dan process li issa beda jirranka gmielu u ninsab fiducjuz li, sal bidu tas-sena d-diehla, il-Malta Enterprise tkun diga’ rejalta, anki jekk ikun jinhtieg xi ftit ta’ zmien iehor qabel ma hija tilbes il-libsa ahharija taghha.
Kif diga semmejt qabel, il-fatt li wiehed jintroduci bidliet mhux bilfors ghaliex dak li sar qabel ma kienx tajjeb fi zmienu izda ghaliex wiehed qed jirrikonoxxi li z-zmien inbidel u jitlob minnha aggornament sabiex nindirizzaw rejaltajiet u problemi godda. U hawnhekk nerga nigi ghal mistoqsija li diga’ accennajt ghaliha fil-bidu ta’ l-intervent tieghi: minn fejn ser jigi it-tkattir futur ta’ l-ekonomija Maltija bir-rata ferm gholja mehtiega, sabiex noqorbu fi zmien relativament qasir ghal medja ta’ l-Unjoni Ewropea ?
Anki jekk fadallu skop ghall-espensjoni, mhux probabli li s-settur turistiku jista’ jkompli jespandi bl-istess rata li dan is-settur kiber biha f’dawn l-ahhar ghoxrin sena. L-istess nistghu nghidu ghas-settur tal-manifattura. Jien fiducjuz li dan is-settur ser jikkonsolida ir-rwol ewlieni tieghu fl-ekonomija Maltija, izda ma jidhirx daqstant possibli li dan is-settur jista jespandi, ghal dak li jikkoncerna l-impiegi, b’xi mod drastiku.
Irridu niddentifikaw u ngharfu kif nisfruttaw opportunitajiet godda. Fosthom, fil-fehma tieghi, jispikka ir-rwol potenzjali ta’ Malta bhala centru ghall-kummerc ma’ l-Ewropa u fir-regjun tal-Mediterran. Dan rwol li ser jissahhah b’mod detterminanti bl-ishubija ta’ Malta fil-Unjoni Ewropeja izda sta ghalina li dan il-potenzjal nisfruttawh fil-prattika. Irridu nharsu lil hinn mix-xtut taghna u ninkwadraw, bhala parti mill-orizzont taghna, l-attivita’ ekonomika, prezenti u futura fil-pajjizi ta’ madwarna halli nippartecipaw fiha ahna wkoll, permezz ta’ servizzi mghotija minn Malta. Servizzi fl-oqsma ta’ marketing, bejgh u distribuzzjoni, tahrig u support varju lill-klijenti, installazzjoni u manutenzjoni u interventi ohra simili.
Jehtieg li ngharfu kif nisfruttaw dan il-potenzjal, anki billi nharsu b’mod iktar integrat u b’lenti iktar wiesgha lejn l-investiment barrani f’Malta u l-kummerc minn pajizna u lejn il-manifattura u s-servizzi. Nharsu lejhom, mhux iktar bhala aspetti distinti izda bhala holoq fi strategija unika.
Ghalhekk ukoll wiehed irrid jifhem il-ghan strategiku wara il-holqien tal-Malta Enterprise u ghalfejn kien krucjali li mhux qed nillimitaw ruhna ghal riforma limitata biss ghall-MDC. Minflok, irridu nimxu ’il quddiem fuq il-vizjoni wiesgha li addottajna fejn ghaldaqstant qed nimmiraw ghal entita’ gdida li tista thares b’mod integrat lejn l-izvilupp ekonomiku fejn l-industrija u l-kummerc nharsu lejhom bhala attivitajiet mhux biss komplimentari izda interdipendenti.
Nghalaq hawnhekk. Ma nahsibx li xi hadd jista’ ma jaqbilx li d-dinja, madwarna, dejjem qed tinbidel. Lanqas ma jista’ jkun hemm xi dubju dwar il-bzonn li pajjizna jimmira biex isir iktar efficjenti halli jilqa, b’success, l-isfida ta’ dawn il-bidliet. Jien konvint li pajjizna kapaci jghamel dan. Nassigurakhom li l-Gvern sejjer ukoll jghamel il-parti tieghu u prova ta’ dan huwa il-holqien tal-Malta Enterprise. Pass iehor kucjali, biex nassiguraw pajjiz iktar efficjenti, sabiex nisfruttaw l-opportunitajiet quddiemna, ghal gid taghna lkoll.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928