Left arrow Go Back

TIGDID TAL-KARTA TAL-IDENTITA’ - HAMRUN

PR1420
Date Icon 15/10/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ fil-Ħamrun:

bejn il-Ħamis 17 u l-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru - Skola Sekondarja ‘Maria Assunta’
Triq Farsons
(minbarra l-Ħadd 20 ta’ Ottubru) u;
bejn is-Sibt 26 ta’ Ottubru - Junior Lyceum ‘Maria Regina’
u l-Erbgħa 6 ta’ Novembru Triq Mile End
(minbarra l-Ħdud 27 ta’ Ottubru u 3 ta’ Novembru)

F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Ħamrun fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta. Fic-Ċentri msemmija jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Ħamrun. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ntbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta’ l-Identita’ l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ‘l quddiem mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħamrun u ser jinħareġ avviż għall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow