Malta fost l-ewwel pajjizi li jintroduci l-m-Government
"Ghandna ghax inkunu verament kburin, li pajjizna huwa wiehed mill-ewwel ftit pajjizi fid-dinja li dahhal is-servizzi ta’ l-m-Government." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta llum indirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha tnieda s-servizz tal-Mobile Government.
Fil-fatt illum, il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali u Vodafone Malta Limited habbru t-tnedija ta’ l-m-Government. Dan ser joffri numru sostanzjali ta’ servizzi tal-Gvern lil dawk kollha li ghandhom telefon cellulari. It-tnedija ta’ dawn is-servizzi godda saret mill-Ministru Dr Austin Gatt u d-Direttur Manigerjali tal-Vodafone, Joseph C. Grioli.
Il-Ministru Gatt sahaq li dan is-servizz huwa pass importanti fl-implimentazzjoni tal-politika elettronika tal-Gvern li joffri s-servizzi elettronici mhux biss permezz ta’ l-internet, imma permezz ta’ kull mezz jew tieqa elettronika possibbli biex jilhaq lill-akbar numru ta’ cittadini possibbli. F’dan il-qafas, it-telefon cellulari ser iservi ta’ holqa ghal dawk li jixtiequ jiehdu s-servizzi elettronici tal-Gvern u m’ghandhomx access ghall-internet izda ghandhom access ghat-telefon cellulari. Dan anke kien ikkonfermat fl-istharrig li gie kkumissjonat ricentement mill-Gvern dwar l-e-Government, fejn il-poplu wera bic-car li jara li t-telefon cellulari huwa mezz iktar konvenjenti ta’ kif jikseb is-servizzi tal-Gvern.
Il-Ministru Gatt fisser dan il-progett bhala ezempju konkret tal-politika tal-Gvern f’dan il-qasam, politika ta’ sinergija bejn is-settur privat, f’dan il-kaz kumpanija multi nazzjonali, u l-Gvern.
Dan kollu jinkwadra l-pjan tal-Gvern li naghtu lill-pajjizna socjetà ta’ l-informazzjoni ta’ l-aqwa livell. Dan kollu sar ghax ghandna strategija soda bbazata fuq pjan car u fit-tul, sar investiment qawwi, lestejna l-qafas legali kollu, studju car dwar dak li jrid ic-cittadin, u l-uzu tar-rizorsi u l-investiment kollu ezistenti kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll dak privat.
L-ghazla ta’ servizzi li l-pubbliku ser ikollu permezz ta’ l-m-Government hija kbira. Per ezempju, il-Bank tad-Demm issa ser ikun jista’ javza lid-donaturi tad-demm li huma rregistrati permezz ta’ l-SMS. Dan ifisser li, f’kazi ta’ emergenza, il-kuntatt mad-donatur jista’ jsir b’mod immedjat. Bil-koperazzjoni tal-pubbliku dan is-servizz ser iwassal biex isalva l-hajja.
Servizz iehor ta’ l-m-Government huwa mahsub ghall-genituri. Dawk il-genituri li jixtiequ jistghu jircievu SMS mill-iskola tat-tfal taghhom meta dawn ma jkunux waslu l-iskola dakinhar stess. L-istudenti wkoll ser jibbenefikaw mis-servizzi ta’ l-m-Government. Dawk l-istudenti li jzuru librerija izda ma jsibux il-ktieb li jixtiequ jistghu jircievu SMS meta dak il-ktieb partikolaru jkun rritornat fil-librerija.
Il-pubbliku ser ikun jista’ jakkwista dokumenti mir-Registru Pubbliku u jhallashom permezz ta’ l-SMS. Dawn id-dokumenti jintbaghtu bil-Posta. Kemm il-hinijiet tal-karozzi tal-linja, kif ukoll opportunitajiet ta’ xoghol mill-ETC ser ikunu wkoll accessibbli ghal dawk li jitolbu dawn is-servizzi.
L-m-Government ser ikun ta’ beneficcju mhux biss ghall-pubbliku li ser ikun jista’ jakkwista s-servizzi tal-Gvern b’mod hafna iktar efficjenti. Din is-sistema ser tkun ta’ beneficcju ghall-organizzazzjonijiet ohra inkluzi l-Pulizija. Permezz ta’ l-SMS, il-pubbliku ser ikun jista’ jaghmel rapporti dwar incidenti u jipprovdi taghrif fuq investigazzjonijiet partikolari. Membri tal-Korp ser ikunu jistghu juzaw l-m-Government sabiex jiksbu access ghall-informazzjoni permezz tal-mobiles taghhom. Fil-passat, il-Pulizija kellhom juzaw metodi konvenzjonali ta’ stharrig li kien jiehdu perjodu twil ta’ hin. Dan ghandu jghin biex tizdied l-efficjenza tal-pulizija u jinholoq ambjent ta’ sigurtà akbar ghall-gid ta’ kulhadd.
Dr. Gatt irrangrazzja lill-Vodafone, tal-kollaborazzjoni biex inwasslu dawn is-servizzi, kif ukoll lil-mezzi ta’ l-istampa ghall-impenn taghhom u l-interess li qed juru lejn dan il-qasam.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN