TIGDID TAL-KARTA TAL-IDENTITA’ – SWIEQI
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ ta’ Swieqi minn nhar il-Erbgħa 16 sa nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru, 2002. Ma jsirx tiġdid nhar il-Ħadd 20 ta’ Ottubru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Swieqi fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.
It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Sekondarja ‘Sir Luigi Preziosi’, Triq Sir Luigi Preziosi, Pembroke. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Swieqi. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ntbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ‘l quddiem mill-Kunsill Lokali ta’ Swieqi u ser jinħareġ avviż għall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928