Jinhatar Chairman gdid ghall-Freeport
Nhar it-Tnejn 14 ta’ Ottubru 2002, il-Prim Ministru ser jipprezenta l-ittra tal-kariga lis-Sur Mark Portelli bhala c-Chairman il-gdid tal-Malta Freeport.
Is-Sur Portelli li ghal dawn l-ahhar sentejn kien qed iservi fil-Board tad-Diretturi tal-Freeport ghandu Bacelerat fl-Ekonomija mill-Universita` ta’ Manchester, kif ukoll huwa membru ta’ l-Institute of Chartered Accountants ta’ l-Ingilterra. Fost karigi ohra, jokkupa l-kariga ta’ Direttur fil-Virtu Ferries Ltd, hadem mal-Grupp Norvegiz Ulstein biex jistabilixxu rotta ta’ tbahhir bejn il-Germanja u d-Danimarka, kif ukoll prezentament jokkupa l-kariga ta’ Managing Director ma’ Peninsula InvestmentsLtd. il-kumpanija li tmexxi l-lukanda Westin Dragonara.
Permezz ta’ din l-istqarrija il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jixtieq jiehu l-opportunita` biex jirringrazzja lis-Sur Marin Hili ghax-xoghol siewi li ghamel tul dawn l-ahhar 15-il sena kemm kien ilu jokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Freeport.
Is-Sur Hili ilu zmien twil jitlob li jigi nominat Chairman iehor ghall-Freeport minhabba impenji personali.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928