Left arrow Mur Lura

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - GĦARGĦUR

PR1402
Date Icon 11/10/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità ta’ Għargħur minn nhar it-Tnejn 14 sa nhar il-Ħamis 17 ta’ Ottubru, 2002. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Għargħur fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern ‘Karmnu Sant’, Triq San Bartilmew. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Għargħur. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ntbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta’ l-Identita’ l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ’l quddiem mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Għargħur u ser jinħareġ avviż għall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow