Left arrow Mur Lura

Tiltaqa’ f’Malta l-Assemblea Ġenerali tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

PR1401
Date Icon 11/10/2002

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Perit Jesmond Mugliett qal li jinsab sodisfatt bil-ħidma mwettqa mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) għall-ġid taż-żgħażagħ Maltin u feraħ lill-Eżekuttiv tal-istess KNŻ, talli rnexxielu jattira laqgħa daqshekk importanti f’pajjiżna.

Huwa qal dan meta dal-għodu attenda għall-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet li matulha l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ħabbar li l-Assemblea Ġenerali tal-European Youth Forum għas-sena 2002 ser tiltaqa’ f’Malta bejn l-14 u 17 ta’ Novembru 2002 fil-lukanda ‘La Riviera’, l-Marfa.

Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ hija l-ogħla organiżazzjoni li tiġbor fiha għaqdiet taż-żgħażagħ mill-Ewropa. Il-fatt li Malta kienet magħżula sabiex tospita` l-laqgħa ta` din l-għaqda prestiġjuża huwa affermazzjoni tar-rwol li Malta lesta tilgħab anke f’fora internazzjonali. Il-partecipazzjoni fil-Programmi Ewropej minn għaqdiet Maltin u inizjattivi oħra li dawn qegħdin jieħdu, qegħdin jagħtu lill-Malta reputazzjoni ta` pajjiż li jxerred l-ideali ta` demokrazija u partecipazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa u l-Mediterran.

Il-Perit Mugliett qal li l-koperazzjoni bejn iż-żgħażagħ Ewropej, il-politika taż-żgħażagħ, il-partecipazzjoni taż-żgħażagħ f’dinja globaliżżata, l-edukazzjoni fil-ġejjieni, ir-rikonoxximent lejn il-‘Youth Work’, u ‘Youth Empowerment’ huma wħud mit-temi li ser ikunu diskussi f’din l-Assemblea.

Huwa kkonkluda li jinsab cert li tul din il-laqgħa se joħroġ car li l-maġġoranza kbira taż-żgħażagħ Maltin jemmnu bis-sħiħ fis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-KNŻ, Keith Psaila qal li l-European Youth Forum, li jiġbor fih il-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ, kif ukoll l-għaqdiet mhux governattivi taż-żgħażagħ kollha Ewropej, igawdi rispett kbir fil-qasam internazzjonali, u huwa strumentali sabiex ifassal u jwassal il-messagg taż-żgħażagħ Ewropej u l-għaqdiet tagħhom fost l-għola istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. L-EYF tlaqqa’ l-Assemblea Generali tagħha kull sentejn, u għal din l-Assemblea Ġenerali mistennija jattendu madwar 260 delegat żagħżugħ.

Is-Sur Psaila żied jgħid li din hija l-akbar konferenza internazzjonali li l-Kunsill qatt organizza, minn kemm ilu mwaqqaf, u l-fatt li l-Assemblea Ġenerali tal-EYF ser tiltaqa` f’Malta din is-sena huwa xhieda ta’ kemm il-KNŻ qed jippartecipa b’mod attiv fil-qasam internazzjonali.

“Il-KNŻ jemmen li bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ż-żgħażagħ Maltin għandhom ħafna aktar vantaġġi xi jgawdu minn żvantaġġi u għaldaqstant il-Kunsill se jagħmel minn kollox sabiex iwassal dan il-messaġġ waqt din l-Assemblea”.

Is-Sur Psaila ħabbar ukoll li l-KNŻ, għall-ewwel darba nnomina żagħżugħ Malti, ex-membru fl-eżekuttiv tal-istess Kunsill, is-Sur Joseph Mifsud bħala il-kandidat tiegħu għall-elezzjonijiet għall-Eżekuttiv tal-EYF.

Huwa temm billi rringrazzja lil dawk l-entitajiet li għamlu din l-Assemblea Ġenerali possibli, b’mod specjali, s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, li fehem l-importanza ta’ din il-Konferenza u għazel li jikkontribwixxi fl-iffinanzjar tagħha, u kif ukoll lil Riviera Hotel, l-AirMalta u l-BOV li huma sponsors ufficjali tal-KNŻ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow