JINTLAHAQ FTEHIM BEJN IL-GVERN U L-FONDAZZJONI ARKA
Il-Fondazzjoni Arka accettat qafas ta’ ftehim prezentat mill-Gvern li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-principji generali li fuqhom il-Fondazzjoni Arka tista’ tinghata fondi pubblici.
F’laqgha li saret il-bierah bejn il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi, il-Ministru ghall-Ghawdex, is-Sinjura Giovanna Debono, Dun Manwel Curmi, President tal-Fondazzjoni Arka, u ufficcjali gholja mill-Fondazzjoni Arka, intlahaq qbil dwar il-prijoritajiet u l-qafas li fuqu tista’ tigi zviluppata koperazzjoni sostenibbli bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni.
Gie deciz ukoll li immedjatament jinhatar kumitat tekniku kongunt bl-iskop li fl-anqas zmien possibbli jinhadmu d-dettalji tal-ftehim li jassigura li s-servizzi tal-Fondazzjoni Arka jizviluppaw bhala parti mill-istrategija nazzjonali ghal servizzi residenzjali u servizzi ohra ghal persuni b’dizabilità.
Il-Gvern u l-Fondazzjoni qablu wkoll li jsahhu l-koperazzjoni bejniethom fis-servizzi li huma jaghtu lill-persuni b’dizabilità gewwa Ghawdex biex isir l-ahjar uzu tar-rizorsi disponibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN