Se jibda jintrama l-monti fil-lokalitÀ ta’ San Ġwann
F’laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, li għaliha kien mistieden ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo u fil-preżenza ta’ membri mill-kumitat ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti, ġie diskuss li jitwaqqaf il-monti f’San Ġwann.
Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar il-proċeduri li jridu jintużaw meta jkun ser jitwaqqaf suq ġdid għall-ewwel darba.
Intlaħaq qbil li fil-lokalità ta’ San Ġwann, għandu jibda jintrama monti fuq deċiżjoni tal-Kunsill Lokali u bl-approvazzjoni mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Is-Segretarju Parlamentari spjega li bil-liġi l-ġdida dwar il-kummerċ, hemm proċeduri li jridu jiġu segwiti.
Għaldaqstant, l-ewwel deċiżjoni li ttieħdet hija li nhar is-Sibt, 12 ta’ Ottubru, ma jintramax il-monti sabiex fil-ġranet li ġejjin jibdew il-proċeduri sabiex fl-inqas zmien possibbli jitwaqqaf il-monti fil-lokalità ta’ San Ġwann skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928