Left arrow Mur Lura

KUMITAT FESTI NAZZJONALI: MALTA TFAKKAR LIL POETA NAZZJONALI DUN KARM

PR1395
Date Icon 10/10/2002

Ix-xahar ta’ Ottubru huwa marbut mat-twelid u l-mewt tal-poeta nazzjonali Malti Dun Karm. Infatti Dun Karm twieled f’ Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 ta’ Ottubru, 1871 u miet ukoll fl-istess xahar fl-Isptar Blue Sisters, San Ġiljan, nhar it- 13 ta’ Ottubru, 1961.

Il-Gvern Malti permezz ta’ l-Ghaqdiet tal-Malti nhar it-22 ta’ Ottubru, 2000 fakkar b’mod permanenti lil dan il-poeta bil-kxif ta’ mafkar apposta fil-Furjana. Minn dik is-sena ’l hawn ta’ kull sena matul ix-xahar t’ Ottubru beda jitfakkar dan il-poeta li għamel gieħ lin-nazzjon Malti.

Minn din is-sena, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ddelega lill-Kumitat Festi Nazzjonali biex flimkien ma’ l-Għaqdiet tal-Malti, għall-aħħar t’Ottubru, jfakkru lil dan il-poeta.

Ghal din is-sena ġie mhejji programm ta’ attivitajiet li jikkonsisti f’dan li ġej –

  1. Qed jinkitbu diversi artikli fuq il-gurnali u rivisti oħra.
  2. Il-Gimgha 18 t’ Ottubru, 2002 fin-12.30 ta’ wara nofs in-nhar l-Iskola Sekondarja tas-Subien
    “Dun Karm” ta’ Ħaż-Żebbuġ tfakkar lill-poeta nazzjonali fis-sala ta’ l-iskola b’diskors mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor Louis Galea, u mill-Kap ta’ l-Iskola. Se jinqraw uhud mill-poeziji ta’ l-istess poeta mit-tfal ta’ din l-iskola. Fis-1.00 ta’ wara nofs in-nhar, il-Ministru flimkien ma’ membri tal-Kumitat Festi Nazzjonali, il-Kap ta’ l-Iskola u rapprezentanti ta’ l-istudenti jmorru maġenb il-Mafkar ta’ Dun Karm fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ, fejn jitqiegħdu fjuri mal-mafkar u jitkanta l-Innu Nazzjonali.
  3. Il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet jsiru l-Ħadd 20 ta’ Ottubru, 2002 quddiem il-Mafkar tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm fil-Furjana, fil-ħdax ta’ filgħodu. F’din iċ-ċerimonja, li għaliha se jattendu diversi personalitajiet distinti, għalliema tal-Malti u mistiedna oħra se jkun hemm qari ta’ poeziji min tfal ta’ skejjel, interventi mużikali mill-Johan Strauss School of Music Chamber Orchestra, u jsir diskors ta’ l-okkażjoni mill-President ta’ l-Għaqda Poeti Maltin is-Sur Alfred Massa. Fi tmiem din it-tifkira jitqieghdu bukketti ta’ fjuri fuq il-mafkar u jsir diskors ta’ l-egħluq mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor Louis Galea. Il-pubbliku in generali hu mistieden għal din it-tifkira. Din l-attivita’ hi maħsuba li tigi mxandra wkoll fuq l-istazzjon Education 22.

Il-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien ma’ l-Għaqdiet tal-Malti qed jieħdu ħsieb ukoll li jippubblikaw id-diskors kommemorattiv li se jsir dak in-nhar mis-Sur Alfred Massa, flimkien ma’ bijografija ta’ l-istess Poeta Nazzjonali Dun Karm. Dan il-ktejjeb b’mod partikolari jkun ta’ siwi għall-istudenti Maltin. Kopji ta’ dan il-ktejjeb ikunu jistgħu jinkisbu mill-Kumitat Festi Nazzjonali dak in-nhar stess waqt din it-tifkira.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow