INDIRIZZ TA’ L-GHELUQ MILL- ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI-PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL- POLITIKA SOCJALI, FIL-KONFERENZA ANNWALI 2002 TAL-FOUNDATION FOR HUMAN RESOURCE DEVELOPMENT – SLIEMA L-ERBGHA 9 TA’ OTTUBRU 2002.
President:
Sinjuri:
Hija okkazzjoni annwali ghalija li nigi u nindirizza din il-konferenza li ggib flimkien kemm lill-dawk li direttament jahdmu fil-qasam tar-rizorsi umani, kif wkoll lill-partijiet socjali li huma direttament responsabbli mill-organizzazzjoni tar-rizorsi umani fuq qasam settorjali jew inkella dak nazzjonali.
Bhal llum sena gejt fostkom u tkellimt b’mod car dwar il-ligijiet godda tax-xoghol. Sena ilu kien hemm min kien xettiku dwar kemm ser jirnexxielna naslu ghal verzjoni finali tal-ligi bi qbil bejn il-partijiet socjali kollha. Illum jiena kburi li nista nigi quddiemkom u nghid li l-Gvern irnexxielu f’dak li ghall-ewwel deher impossibbli – jigifieri l-qbil bejn l-imsiehba socjali dwar ligi gdida li tittratta l-qasam tax-xoghol u r-relazzjonijiet industrijali.
Irrid ghalhekk, nibda dan id-diskors billi nenfasizza mill-gdid li d-djalogu socjali jwassalna ghal rizultati sorprendenti u pozittivi ghal pajjiz kollu, jekk, pero, dan id-djalogu jsir b’mod miftuh, sincier u mnezza ghal kollox minn agendi partiggjani. Il-prova ta’ dan tajtielkom bil-fatti u mhux bil kliem biss.
Proprju ghalhekk jiena kburi li dak li bnejt erba snin ilu meta fassalt il-ligi dwar il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, sarraftu f’ligi gdida dwar ix-xoghol u r-relazzjonijiet industrijali wara snin twal ta’ diskussjonijiet.
Dan igibni ghas-suggett li intom ghaziltu ghal din il-konferenza annwali – suggett li jolqot fil-laham il-haj kemm lil dawk li jidhlu jew li qieghdin fid-dinja tax-xoghol, kif ukoll lil dawk li qieghdin jinvestu f’pajjizna u joholqu x-xoghol.
Qieghdin nitkellmu dwar il-kapacita li ghandu persuna li jsib impieg illum fic-cirkostanzi li qieghdin nghixu fihom u fil-kuntest ekonomiku u socjali li jezisti f’pajjizna. Dan hu l-ahjar mod kif nittraduci bil-Malti l-kelma "employability". Naturalment hemm zewg modi ovvji kif nittrattaw dan is-suggett. Nistghu nharsu lejh mill-perspettiva tal-haddiem u nistghu nharsu lejh mill-perspettiva ta’ min ihaddem. Pero hemm it-tielet perspettiva – dik tal-gvern li ghandu d-dmir li jfassal l-istrategija politika tieghu biex iwiegeb ghal bzonnijiet ta’ pajjizna.
L-isfidi li qed jaffaccja pajjizna nafuhom ilkoll. It-tema maghzula ghal konferenza ta’ din is-sena hija rilevanti minhabba l-fatt li kull strategija li tigi ddisinjata trid tkun wahda li ma’ tharisx biss lejn bidliet kosmetici u possibilment politikament konvenjenti, imma strategija li tibni sisien sodi ghall-futur u fuq medda ta’ snin. Dan hu dak li ghamilna matul dawn l-ahhar erba snin.
Tajjeb infakkar x’kien il-punt tat-tluq taghna. Sa ftit tas-snin ilu konna f’sitwazzjoni li kellna settur ta’ tahrig vokazzjonali inezistenti. Kellna ligijiet tax-xoghol inflessibbli u fossilizzati. Kellna kultura predominantement maskilista, u etika tax-xoghol nieqsa mill-harsien tas-sahha u s-sigurta’. Kellna settur ta’ produzzjoni u manifattura nieqes minn standards essenzjali ghall-bejgh garantit. Kellna protezzjoni falza li tippremja lil min hu l-anqas produttiv u li tikkastiga lil konsumatur. Illum, nistghu nghidu li fuq medda relattivament zghira ta’ snin dan kollu inbidel u qieghdin fit-triq ta’ bidla socjali u ekonmika li hi strutturali daqs kemm hi radikali.
Madankollu, b’saqajja ma’ l-art, nifhem li bidliet bhal dawn ghandhom bzonn iz-zmien biex jigu assimilati u maghguna fil-kultura taghna l-Maltin u l-Ghawdxin. Flimkien ghamilna bicca xoghol enormi biex immodernizzajna l-ligijiet tax-xoghol taghna – imma tiskantawx jekk nghidilkom li l-akbar sfida issa qieghda quddiemna u hija dik li nkomplu nittraducu l-kisbiet li ghamilna f’titjib reali u ta’ kulljum; f’attitudni gdida lejn id-dinja tax-xoghol, f’akkaniment qawwi lejn it-tahrig u l-edukazzjoni, f’konvinzjoni soda li l-flessibilita u l-produttivita taghna huma kundizzjonijiet krucjali tax-xoghol taghna, u f’gharfien shih minn kullhadd li s-sahha u s-sigurta fuq il-post tax-xoghol huma vitali ghal pajjizna.
Kif ghedt diga, l-sifidi ta’ ‘employability’ ma jezistux biss ghall-haddiema. Jezistu wkoll ghal min ihaddem u ghal min jirraprezenta lil haddiema. Ir-relazzjonijiet industrijali jridu jittrasformaw ruhhom, minn negozjar ibbazat fuq kundizzjonijiet tax-xoghol, ghal negozjar ibbazat fuq l-impjieg (employability). Jekk dan ma’ jsirx, u jekk ser nibqghu nesperjenzaw talbiet kontinwi ghal bidliet fil-pakkett finanzjarju, allura m’ahniex ser inkunu f’pozizzjoni li nghelbu l-isfidi li qed naffaccjaw.
Hemm bzonn li kullhadd jerfa r-responsabbiltajiet tieghu, galadarba kulhadd jistenna li jkollu sehem fid-decizjonijiet li jiehu l-Gvern. Dawn ir-responsabbiltajiet jistghu jintrefghu biss jekk inpoggu rasna flimkien u noholqu strutturi u programmi komuni, bis-sehem ta’ kulhadd, sabiex ir-rizorsi umani tal-pajjiz ikunu ppreparati u lesti ghall-bzonnijiet godda tas-suq tax-xoghol.
L-istatistika turina li l-problema principali tinsab aktar f’dawk li jehtigilhom jitghallmu hiliet godda peress li l-hiliet li kellhom ma’ ghandomx rilevanti ghas-suq tax-xoghol. Mill-1998 sa’ llum l-ammont ta’ zghazagh taht il-hamsa u ghoxrin sena li jinsabu jirregistraw nizel minn 2100 f’Settembru tal-1998 ghal 1800 f’Mejju ta’ din is-sena, filwaqt li l-ammont baqa ma’ ccaqlaqx fil-kaz ta’ persuni jirregistraw u li ghandhom ‘l fuq min 40 sens. Bl-istess mod, naqset il-frekwenza ta’ persuni gradwati li qed jirregistraw. Dan kollu juri, li l-edukazzjoni u t-tahrig qieghed ikun cavetta ezzenzjali sabiex jiggarantixxi impjieg u access ghad-dinja tax-xoghol.
Il-fatt li l-Gvern qed jikkontrolla l-qghad ma jfissirx li huwa kuntent bis-sitwazzjoni prezenti. Nemmnu li ghad baqa hafna xi jsir sabiex l-edukazzjoni formali u inizjali tkun aktar integrata ma’ dik kontinwa u ta’ matul il-hajja (lifelong learning). Hemm bzonn li ntejbu l-livelli ta’ edukazzjoni ta’ dawk li jinsabu fl-iskejjel sekondarju u nkabbru l-partecipazzjoni fil-livell terzjarju minghajr ma’ naqghu fil-periku li niffukaw hafna fuq it-taghlim akkademiku maqtugh mir-realta’ tax-xoghol.
Fil-qasam tax-xoghol, jidher li ghad ghandna diversi sfidi. L-ewwel u qabel kollox jidher bic-car li kwazi nofs (47%) l-popolazzjoni ta’ nies attivi (working age population) mhux qed jippartecipaw fid-dinja tax-xoghol . Bl-istess mod, il-partecipazzjoni tan-nisa hija baxxa wisq anki jekk f’dawn l-ahhar erba snin rajna l-partecipazzjoni tan-nisa titla minn 26.8% f’Settembru tal-1998 ghal kwazi 30% f’Mejju tal-2002. Ix-xejriet juru li din il-partecipazzjoni ser tkompli tizdied b’mod sostanzjali u tajjeb ninnotaw li ghar-raba sena konsekuttiva, l-ammont ta’ nisa studenti gewwa l-Universita’ ta’ Malta qabez lil dak ta’ l-irgiel.
Nemmen madankollu, li hemm bzonn li kulhadd jiehu r-responsabbilta’ ghall-aggornar ta’ hiliet. Il-Gvern jista’ biss jixpruna, johloq l-istrutturi u l-qafas legislattiv u jinvesti fi programmi ta’ tahrig ghal min hu bla xoghol. Imma hemm bzonn ta’ aktar partecipazzjoni akbar minn naha tas-settur ta’ min ihaddem. Hemm bzonn li nifhmu li l-investiment fit-tahrig huwa investiment fit-tessut ekonomiku u socjali ta’ pajjizna li minnu ser igawdi kulhadd. Kull haddiem irid jerfa r-responsabbilta’ li jzomm ruhu aggornat mal-hiliet li s-suq tax-xoghol jirrikjedi.
Il-Gvern jonfoq aktar minn tlett kwarti ta’ miljun lira fis-sena f’beneficcji socjali relatati mad-dizimpjieg. Hija l-intenzjoni taghna li dawn il-beneficcji jitqabblu aktar ma’ mizuri attivi ta’ tahrig sabiex ikunu tali li jincentivaw lil min qieghed fuq il-beneficcji sabiex ifittex l-impjieg u mhux bil-kontra. Nittama li l-ETC u d-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali ma’ jdumux ma’ jikkonkludu arrangement sabiex dan ikun jista’ jsir possibli mill-aktar fis.
Hemm aspetti posittivi li wiehed ma’ jridx jinsa. Insemmi ftit minnhom :
- l-attendenza u s-success tal-MCAST,
- l-investiment ta’ Lm2 Miljun lira fis-sena fl-ETC matul dawn l-ahhar sentejn,
- l-investiment barrani li qed jissarraf fl-impjiegi ghall-Maltin u
- l-investimenti kbar fl-edukazzjoni primarja u sekondarja anki permezz tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li certament ser isahhah is-sisien ghall-edukazzjoni aktar wiesgha u soda.
F’dan kollu ma nistax inhalli barra s-servizz pubbliku. Il-Gvern jifhem li element importanti fiz-zieda tal-produttivita nazzjonali jiddependi hafna fuq l-kapacita tas-servizz pubbliku li hu wkoll jaggorna ruhhu u jwiegeb b’mod effettiv ghar-realtajiet ekonomici u socjali ta’ pajjizna. Fadlilna x’naghmlu f’dan il-qasam. Imma jkun zball kbir jekk ma napprezzawx dak li sar s’issa u l-bidliet li qed igib mieghu.
Nitkellem fil-qosor dwar dak li jolqot il-Ministeru tieghi li wahda jonfoq qrib nofs l-ispiza nazzjonali ta’ pajjizna. Illu bis-sahha tal-gvern elettroniku, ahna qieghdin nipprovdu servizzi diretti fil-Kunsilli Lokali ta’ pajjizna kif ukoll fil-kumidita tad-djar ta’ min njista jhaddem kompjuter. Kwazi kull servizz li naghtu illum huwa accessibbli b’mod elettroniku. Dan fisser qabza kbira fl-efficjenza u fil-kwalita tas-servizz li jinghata.
Sentejn ilu ghamilna sforz li bhalu qatt ma sar biex nindirizzaw l-abbuzi tas-sistema tal-welfare pajjizna. Ir-rizultati kont habbarthom u kullhadd kien baqa skantat. Imma li mhux kullhadd fehem kien li dawk ir-rizultati saru possibbli ghaliex dan il-gvern investa b’mod qawwi fis-sistemi elettronici u allura llum ghandna f’idejna ghodda li qabel konna biss noholmu biha.
Dawn l-ezempji reali jolqtu l-musmar fuq rasu ghaliex juru bic-car li s-settur pubbliku wkoll huwa iffaccjat bi sfida ta’ employability u jrid – kif fil-fatt qieghed jaghmel – jwiegeb ghal din l-isfida. Ghaliex dan kollu jfisser li l-haddiema tal-gvern iridu jidraw jahdmu b’din l-ghodda biex jipproducu hafna izjed milli kienu jaghmlu s’issa. Mhux hekk biss, imma l-kwalita tas-servizz issa ghandu potenzjal li jghola sew fl-istandard tieghu biex il-klient jinqeda ahjar u aktar malajr.
Nirrepeti li dan ma jfissirx li rbahna l-isfidi kollha. Ifisser biss li llum qieghdin hafna ahjar milli konna qabel ghaliex investejna fejn kellna ninvestu – fl-edukazzjoni, fl-infrastruttura, fit-teknologija u fil-qafas legislattivi u amministrattiv. Il-potenzjal ta’ pajjizna qieghed hemm – kull ma ghandu bzonn huwa li nisfruttaw l-opportunitajiet li jigu ghal idejna.
Naghlaq billi nirrepeti xi haga li diga ghedt. Is-sigurta’ fl-impjieg u l-kapacita’ li tibqa impjiegabbli (employable) mhix dritt li jigi akkwistat, imma dover li kulhadd irid jahdem ghalih permezz tal-qsim tar-responsabbilitajiet li kulhadd ghandu - il-Gvern, il-Unions, min Ihaddem u kull haddiem innifsu jrid jistinka sabiex kulhadd fil-qasam tieghu jiffacilta’ l-izvilupp tal-persuna umana fid-diversi aspetti taghha. Il-futur ta’ pajjizna jiddependi fuq il-kapacita’ li nahdmu flimkien u nsibu s-soluzzjonijiet flimkien. Il-prosperita’ li tinholoq permezz ta’ strategija ta’ dan it-tip zgur li ser igawdi minnha kulhadd.
Grazzi
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926