STQARRIJA MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA
Illum għall-ħabta tad-9.30am fil-Male Ward 1 ta' l-Isptar Monte Carmeli grupp ta' tliet pazjenti aggredew lil żewġ tobba, wieħed mill-aġenzija Sedqa u ieħor mill-isptar Monte Carmeli u staff ieħor ta' l-isptar. Dan ġara waqt li t-tobba kienu qed jagħmlu l-visti fis-swali. F'dan l-inċident weġġgħu ħafif iż-żewġ tobba. L-istaff ikkontrollaw is-sitwazzjoni minnufih u ttieħdu l-passi meħtieġa.
Sar rapport mill-awtoritajiet ta' l-isptar lill-pulizija peress li l-konsulenti tal-pazjenti involuti iċċertifikaw li dawn il-pazjenti jistgħu jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa filwaqt li tirringrazzja lill-impjegati kollha għad-dedikazzjoni tagħhom timpenja ruħha li tieħu l-miżuri kollha biex tassigura s-sigurtà ta' l-impjegati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926