Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TA’ L-ONOR. GEORGE PULLICINO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN, WAQT ZJARA FUQ IS-SIT F’PEMBROKE FEJN SER JIBDA L-PROGETT TA’ AFFORESTAZZJONI ‘SIGAR GHALL-MALTIN’

PR139
Date Icon 06/02/2002

Hu kkalkulat li l-art bis-sigar f’Malta hija bejn wiehed u iehor 0.5%. Il-Gvern iqis li dan huwa persentagg baxx, specjalment meta mqabbel ma’ pajjizi ohra tal-Mediterran. Konxju ta’ dan, il-Gvern qed iniedi il-progett ‘Sigar ghal Maltin’ li ghandu l-ghan principali li jzid l-ammont ta’ sigar f’Malta biex jaghmel tajjeb ghal dak li ntilef fl-ahhar snin u jnaqqas l-izbilanc li jezisti bejn l-arja mibnija u dik bis-sigar f’pajjizna.

Il-progett ser ikun wiehed ta’ Public Private Partnership u ser isir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru ta’ l-Intern, il-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali, il-Ministeru ghall-Ambjent, il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd, l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, Kunsilli Lokali, kif ukoll ghadd ta’ ghaqdiet mhux governattivi. Hu ttamat li ghaqdiet ohra, kif ukoll is-settur privat jippartecipaw fil-progett.

Kienu individwati ghadd ta’ siti fejn jista’ jsir it-tahwil. Il-lokalitajiet huma Xrobb l-Ghagin, Mtahleb, Pembroke, Kennedy Grove, Delimara u Ghajnsielem, Ghawdex.

Qed jigi propost li jsir tahwil ta’ speci differenti ta’ sigar ghal lokalitajiet u habitat differenti. It-tip ta’ sigar u pjanti ser ikun jiddependi mill-kundizzjonijiet differenti ta’ kull sit. B’dan kollu, is-sigar u pjanti li ser jithawwlu iridu jkunu kompatibbli mad-dokument ‘Guidelines on Trees, Shrubs and Plants for Planting and Landscaping’ li ser ikun diskuss dan ix-xahar mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar.

Huwa mahsub li kemm jista’ jkun is-sigar jinkisbu minn sorsi lokali, specjalment fil-kaz ta’ sigar endemici. Dawn is-sigar jistghu jinkisbu minn mixtliet li ghandu l-Gvern f’Malta u Ghawdex, kif ukoll minn dawk privati u minn mixtliet ta’ ghaqdiet mhux governattivi. Il-parti l-kbira tax-xoghol ta’ preparament tas-sit ghat-tahwil, it-tahwil innifsu u l-manutenzjoni ser isir minn haddiema tal-Gvern. Minhabba li certi siti ser ikunu jehtiegu intervent bl-uzu ta’ makkinarju kbir, dan ix-xoghol ser isir that is-supervizjoni ta’ esperti.

Biex jigi attwat il-progett il-Gvern hatar zewg kumitati, wiehed amministrattiv u l-iehor ta’ esperti. Il-kumitat aministrattiv ghandu jahdem fuq il-logistika tal-progett kif ukoll fuq programm ta’ informazzjoni dwar il-progett waqt li t-team ta’ esperti ghandu jaghti pariri dwar il-lat xjentifiku u ambjentali tal-progett. Wara li jigu mhawwla bis-sigar, dawn is-siti ser jaqghu taht ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali rispettivi li b’kollaborazzjoni ma’ l-ghaqdiet ambjentali u bil-ghajnuna tal-kumitat ta’ esperti mwaqqaf mill-Gvern ser jiehdu hsieb il-manteniment tas-sigar.

Il-progett ‘Sigar ghall-Maltin’ ser jibda proprju f’Pembroke fejn mistenni li jithawwlu iktar minn 300 sigra u madwar 2,000 arbuxell f’zoni li bhalissa huma mitluqa. Fil-kaz ta’ Pembroke ser jigi zgurat li l-arji li jintuzaw ghar-rikreazzjoni mill-pubbliku jigu mghammra b’facilitajiet. Il-Ministeru ta’ l-Intern kellu ukoll tahdidiet ma’ lukandi fil-vicin u ntahaq ftehim biex dawn jaghtu l-ghajnuna taghhom fil-progett.

B’din l-inizjattiva li ser tkun mifruxa fuq tlett snin, il-pajjiz ghandu jinghata dehra isbah u jizdied konsiderevolment l-ammont ta’ lokalitajiet bis-sigar. Huwa, madankollu, importanti li l-pubbliku jiehu hsieb dawn is-sigar u ma jaghmilx hsara ghax fl-ahhar mill-ahhar dawn ser ikun sigar ghall-Maltin.

SIGAR GHALL-MALTIN

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow