Bil-ħatra ta’ Bord ta' l-Appelli ser tkompli l-ħidma biex tkun miġġielda l-burokrazija.
Ser jibda jiffunzjona l-Bord ta' l-Appell li ġie maħtur bis-saħħa ta' l-Att dwar il-Kummerċ. Dan il-Bord jista' jilqa' fih kull appell li jsir quddiemu skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att u r-Regolamenti dwaru.
Dan il-bord se jiffaċilita l-proċess ta’ l-appell minn kull deċiżjoni li tittieħed mit-Trade Licencing Unit, kif ukoll mill-Kunsilli Lokali dwar il-poteri tagħhom li joħorġu liċenzji tan-negozju u kull deċiżjoni oħra li titratta attivita' kummerċjali. Bil-ħatra ta’ Bord ta' l-Appelli għall-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju u kull deċiżjoni oħra meħudha fuq l-Att dwar il-Kummerċ, kemm mit-Trade Licensing Unit, kif ukoll mill-Kunsilli Lokali ser tkompli l-ħidma biex tkun miġġielda l-burokrazija
Quddiem dan il-bord jista' jidher ukoll kull min iħoss li miegħu ma saretx ġustizzja kemm jekk ma nħarġitx liċenzja tan-negozju kif ukoll kemm-il darba jħoss li ntlaqat ħażin b’xi deċiżjoni li tkun ħadet l-awtorita’ kompetenti.
Dan il-Bord ta' l-Appelli għandu jgħin biex issa kull min irid jappella minn xi deċiżjoni, ma jkollux għalfejn jidħol il-Qorti u b’hekk, b’dan il-proċess ikun iffrankat kull dewmien u spejjeż li jistgħu jsiru fil-proċess tal-Qorti. Min ikun irid imbaghad jappella mid-deċiżjoni ta’ dan il-Bord, jista' jagħmel dan billi jidħol il-Qorti.
Dan il-Bord ta' l-Appelli għandu jservi fuq kollox biex jgħin sabiex f’kull deċiżjoni jkun assigurat li ssir ġustizzja bl-aktar mod effiċjenti u effettiv. Kull deċiżjoni meħuda tista' tkun diskutibbli u għalhekk bil-Bord ta' l-Appelli jista' jkun imħaffef aktar il-proċess tal-ġustizzja f’dan il-livell ta’ negozji żgħar u self-employed.
Il-ħidma ta' dan il-Board ta' l-Appelli tiġi fis-seħħ min nhar il-Ġimgħa 11 ta' Ottubru . Is-Segretarju Parlamentri fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo llum ipprezenta l-ittri tal-hatra lill-membri tal-Bord li ghadhom kif gew mahruta. Il-Membri ta’ dan il-Bord ser jkunu Dr. Austin Sammut LL.D. bħala President, is-Sur Pio Scerri u s-Sur Alex Vassallo bħala Membri tal-Bord u s-Sur Tony Gatt, uffiċjal fil-CommerceDivision li ser jkun is-Segretarju.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926