Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent dwar id-deportazzjonijiet lejn l-eritrea

PR1386
Date Icon 09/10/2002

B`referenza ghal rapporti li dehru fl-istampa lokali bazati fuq informazzjoni li qed ixerred l-hekk imsejjah Front ta` Liberazzjoni ta` l-Eritrea, dwar id-deportazzjoni ta` immigranti illegali lura lejn l-Eritrea, il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent jixtieq jesponi l-fatti kif inhuma, sabiex ma jkun hemm ebda disgwid jew interpretazzjoni hazina tal-azzjonijiet li ha l-Gvern Malti, biex jilqa` ghall-emergenza kawzata bid-dhul illegali f`Malta ta` cittadini barranin.

F`erba` vjaggi separati li sehhew bejn it-30 ta` Settembru u t-3 t`Ottubru, 2002, gew mibghuta lura lejn pajjizhom 223 persuna mill-Eritrea (Dokument A).

Minn dawn it-223, 76% minnhom u cioe` 170, ma applikawx ghal status ta` refugjat taht il-ligi gdida dwar ir-Refugjati, minkejja li damu Malta xhur shah. Din il-ligi, imfassla fuq il-provedimenti tal-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda tal-1951 dwar l-Istatus ta` Refugjati, ghall-ewwel darba introduciet id-dritt lil kull persuna li, jekk tipprova li hi refugjat, tibqa` Malta u jkollha dritt li tahdem hawn; ghall-ewwel darba wkoll inghata dritt ta` appell lill-istess persuni li jitilfu l-kaz taghhom quddiem il-Kummissarju dwar Refugjati.

Dawn l-istess persuni gew ripetutament infurmati bid-dritt taghhom li japplikaw ghal status ta’ refugjat (Ara Dokument B). L-immigranti rrifjutaw li jaghmlu dan, minkejja li kienu wkoll infurmati x’jistghu ikunu l-konsegwenzi jekk jibqghu ma japplikawx.

M’hux gust illi, min ma japplikax ghal status ta’ refugjat, jigi trattat l-istess bhal min japplika, ghax allura nistghu inzarmaw l-istrutturi taghna u kull min jigi f`pajjizna - jidhol kif jidhol - jigi accettat li jibqa` hawn. Dan mhux possibbli, iktar u iktar bi dhul ta` 900 immigranti illegali f`temp qasir ta`sitt xhur !

Ghalhekk dawk l-immigranti llegali li ma japplikawx ghal status ta’ refugjat, minkejja li jigu nfurmati bil-konsegwenzi u minkejja li jinghataw zmien bizzejjed biex jaghmlu dan, ma jistghux jibqghu f’Malta u allura jigu ripatrijati.

Ma jistax ikun lanqas li kull min jiddeciedi li ma japplikax, l-istrutturi kollha tal-pajjiz jieqfu biex jistennewh japplika. Ma ninsewx li ghal kull mitt immigrant illegali f’Malta, l-istat ikun qed ihallas Lm 250 kull jum ghall-ikel taghhom biss.

Lanqas ma jista’ jinghad li dawn il-170 m’applikawx minhabba li ma kellhomx fiducja fil-process, minhabba li hu fatt maghruf li f’dawn l-ahhar xahrejn, 60 persuna inghataw il-protezzjoni li jibqghu hawn billi inghata lilhom il-humanitarian status.

Ghar-rigward il-53 immigranti l-ohra mill-223 deportati, dawn kienu applikaw ghal status ta’ refugjat, izda l-applikazzjoni taghhom ma gietx accettata minħabba li ma kellhomx il-kriterji li jiġu accettati bħala refuġjati skond il-Liġi ta’ Malta, li hija bbażata fuq il-konvenżjoni ta’ l-1951 ta’ l-UNHCR (Ara Dokument Ci u Cii u Di, Dii u Diii li jinkludu estratt mil-Ligi dwar ir-Refugjati u dokument dwar il-Konvenzjoni dwar ir-Rifugjati tal-Gnus Maghquda).

Ir-raguni dettaljata dwar ic-cahda ta’ kull applikazzjoni ma tistax tigi ppubblikata minhabba l-kunfidenzjalità ta’ l-applikant stess, izda kull immigrant li l-applikazzjoni tieghu ma gietx accettata, inghata memorandum bir-ragunijiet. Dan ippermetta lill-applikant li jekk kellu fatti ohra x’jesponi dwar it-talba tieghu, seta’ jaghmel dan fl-appell.

Ta’ min jghid li kull applikazzjoni tigi ezaminata skond il-merti partikulari taghha u ma jsirx dak li jghidulu group determination (jigifieri li grupp ta’ applikanti mill-istess pajjiz jigu decizi f’daqqa). Kull wiehed mill-applikanti kien interrogat ghal mill-anqas saghtejn mill-Kummissjoni tar-Refugjati u gie nfurmat bid-dettalji kollha dwar id-decizjoni li ttiehdet fil-kaz tieghu. F’kaz minnhom l-intervista hadet madwar ghoxrin siegha u dan juri r-reqqa li biha jsiru l-affarijiet.

Tajjeb jinghad ukoll, fid-dawl ta’ diversi rapporti li dehru fl-istampa, li l-UNHCR, aktar kmieni din is-sena iddecidiet li tirrevoka l-istatus ta’ refuġjat lil mijiet ta’ eluf ta’ Eritej li telqu minn pajjiżhom. Madwar mitt elf (100,000) Eritrej diġa marru lura lejn pajjiżhom, jew weħedhom jew permezz ta’ operazzjoni ta’ ripatrijazzjoni volontarja.

Dan qed isir minħabba li "l-għeruq tal-problema tar-refuġjati mill-Eritrea m’għadhiex teżisti”. Il-pajjiż m’għadux fi stat ta’ gwerra u fil-pajjiż irritornat il-paci permezz ta’ ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Etjopja u l-Eritrea f’Ġunju ta’ l-2000. Dan il-ftehim huwa sorveljat mill-Gnus Maghquda (Ara Dokument E). F`rapport li sar f`Lulju ta` din is-sena, il-UNHCR sostniet li ma kien hemm ebda hjiel li r-rifugjati li qed jigu ritornati lejn l-Eritrea kienu qed jigu trattati hazin. B`dana kollu xorta wahda, skond l-UNHCR, kull kaz ghandu jigi ezaminat fuq il-merti tieghu, u dan hu li qed jaghmlu l-awtoritajiet Maltin.

Malta tagħti kenn biss lir-refuġjati rikonoxxuti. Taghtihom dritt li jgħixu f’Malta flimkien mad-dipendenti tagħhom, dritt għal dokument ta’ l-ivvjaġġar, dritt għal sptar u skola b’xejn, u dritt għal permess tax-xogħol. Ma hemm l-ebda pajjiż fid-dinja li jagħti kenn lill-immigranti llegali ghas-semplici raguni li jkunu waslu fil-pajjiz. Malta m’hix eccezzjoni.

Ma hemm l-ebda prova li l-Eritrej li ġew iddeportati minn Malta, qed jiġu maħqura jew torturati meta waslu lura f’pajjiżhom. L-informazzjoni li għandna minn sorsi ta` min joqghod fuqhom turi, li dawn qed jgħaddu mill-procedura normali ta’ meta immigrant jerġa lura f’pajjiżhom. Dan jinkludi l-verifika ta’ l-identita` tiegħu u l-proceduri l-oħra kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow