IL-KUNSILL LOKALI TA’ ĦAD-DINGLI JERĠA’ JASSUMI R-RESPONSABBILTÀ LI JINFORZA L-LIĠI FIL-KONFINI TIEGĦU PERMEZZ TAL-GWARDJANI LOKALI
B'ordni fil-Gazzetta tal-Gvern, il-Kunsill Lokali ta' Ħad Dingli reġà assuma r-responsabbiltà li jinforza l-liġi fil-konfini tiegħu permezz tal-Gwardjani Lokali. Il-Kunsill Lokali ta' Ħad Dingli kien irtira mill-infurzar tal-liġi f'Jannar tas-sena li ghaddiet, ħames ġimgħat qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali li saru f'Marzu.
Dak inhar il-Kunsill kien qal li "r-residenti ta' Ħad Dingli huma fost l-aktar nies law abiding li jeżistu f'Malta" u għalhekk ma kienx hemm bżonn Gwardjani Lokali f'din il-lokalità. Il-Gvern kien stqarr li l-infurzar tal-liġi hu obbligu, m'hux għażla, u l-ħtiġijiet t'għassa fil-kampanja ta' Ħad Dingli kienu aktar milli jiġġustifikaw infurzar adegwat tal-liġi. Il-Kunsilli Lokali ġirien ta' Ħad Dingli għalhekk kienu laqgħu l-offerta tal-Gvern li jikkontrollaw il-Gwardjani f'Ħad Dingli huma.
Il-Kunsill Lokali ta' Ħad Dingli fil-ġranet li għaddew talab lill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali jikkonsidra jroddlu lura d-delega ta' l-infurzar tal-liġi fil-lokalità tiegħu.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt, bagħat jifraħ lill-Kunsill ta' Ħad Dingli għad-deċiżjoni li jerġa' lura mill-pass irresponsabbli ta' Jannar 2001.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926