Il-Ministeru għal Għawdex jikkundanna l-ivvandalizzar tat-Torri ta’ Mġarr ix-Xini
Il-Ministeru għal Għawdex jikkundanna bis-sħiħ l-aġir irresponsabbli ta’ persuna jew persuni mhux magħrufa li dan l-aħħar wettqu atti vandali fit-Torri ta’ Mġarr ix-Xini.
Ix-xogħol ta’ restawr fuq dan it-torri kien mistenni jiġi fi tmiemu fix-xhur li ġejjin peress li issa kien wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Minħabba dan l-att vandalu, ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta iktar tard milli ppjanat peress li ċertu xogħol irid jerġa’ jsir mill-ġdid.
It-torri ta’ Mġarr ix-Xini huwa wieħed minn erba’ torrijiet kostali f’Għawdex, flimkien ma’ disgħa oħra f’Malta u ieħor f’Kemmuna. Ġie mibni fl-1661 mill-Gran Mastru de Redin biex iħares lin-naħa tax-Xlokk tal-kosta Għawdxija mill-għadu barrani.
Ix-xogħol ta’ restawr fuq it-Torri ta’ Mġarr ix-Xini qed isir mid-Dipartiment Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni ta’ Wirt Għawdex.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926